Majjal bil-faqqiegħ u l-mustarda

  • Nov 24, 2014 06:36
  • Miktub minn

    Ingredjenti għal erba' persuni:

    erba' biċċiet majjal, (biċċa għal kull persuna),

    mgħarfa mustarda

    mgħarfa żejt

    żewġ sinniet tewm maħkuk

    200g faqqiegħ mqatta'

    kwart ta' kuċċarina melħ

    mgħarfa żerriegħa tal-mustarda

    tazza inbid abjad

    tursin mqatta' irqiq

    żewġ mgħaref krema

    Metodu:

    Iksi l-biċċiet tal-laħam bi ftit żerriegħa tal-mustarda.

    Saħħan iż-żejt f'taġen u aqli l-majjal miż-żewġ naħat. Żid it-tewm u l-faqqiegħ, u wara l-inbid abjad. Għatti t-taġen u ħalli fuq nar baxx sakemm il-majjal isir.

    Ħallat il-krema mal-mustarda. Neħħi l-faqqiegħ u l-majjal mit-taġen u erġa' poġġi t-taġen fuq nar baxx bil-meraq li jibqa'.

    Żid il-mustarda u l-inbid ħawwad sakemm it-taħlita tkun konsistenti. Żid il-faqqiegħ u ħawwad. Irranġa l-majjal f'dixx li tkun se servi fih. Ferra' il-faqqiegħ u l-meraq fil wiċċ. Żejjen bit-tursin.

    Tista' issib aktar riċetti ta' Lea Hogg www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0