Mara mqanqla sesswalment titqażżeż inqas

  • Set 24, 2012 20:48
  • Miktub minn
"

    Mara mqanqla sesswalment hemm iktar ċans li ddaħħal idejha f’barmil mimli kondoms użati jew timsaħ idejha bit-toilet paper maħmuġ. Dan jirriżulta minn studju li sar mill-Università ta’ Groningen, fl-Olanda. “Hekk kif jgħid Freud,’Raġel, li jbus passjonalment tfajla, jista’ jħossu diżgustat bl-idea li juża t-‘toothbrush’ tagħha.’ Dan il-vers jiddefenixxi l-istudju kollu tagħna,” qalet CHARMAINE BORG (ritratt lemin),, waħda miż-żewġ awturi ta’ dan l-istudju bl-awtur l-ieħor ikun il-Professur Peter de Jong, mill-istess universitá Għall-mistoqsijiet ta’ inewsmalta.com, Borg titkellem dwar x’kien l-għan tal-istudju, il-konklużjonijiet tiegħu u fejn iridu jaslu bih.

    M: Qabel xejn, x’kien l-għan tal-istudju?

    T: Li tifhem ir-relazzjoni bejn żewġ emozzjonijiet evoluzzjonarji, relevanti, paradossiċi u kuntrastanti fl-istess ħin (jekk tista’ ssejjaħ is-sess bħala emozzjoni),. It-tqanqil sesswali u s-sens ta’ diżgustar. L-aktar importanti huwa li tifhem aħjar is-sess f’termini ta’ mġiba, biex jingħataw aktar soluzzjonijiet għal nisa bi problemi sesswali. Problemi bħal vaginismus u dyspareunia, fejn is-sens ta’ disgużtar għandu rwol importanti fil-manteniment ta’ dawn is-sintomi.

    M: Minn fejn tnisslet l-idea ta’ dan l-istudju?

    T: Hekk kif nistqarru fil-manuskritt tagħna, l-istimuli involuti fis-sess, pereżempju l-bżieq u l-għaraq huma diżgustanti ‘per se’, imma minkejja dan, xi ħaġa fina ġġielna nieħdu gost meta jkollna kuntatt ma’ dawn l-istimuli. Nafu wkoll li l-aktar ħaġa disgustanti huwa s-sess ‘per se’, li ġġegħilna naħsbu, kif persuni jkollhom x’jaqsmu flimkien? B’hekk xtaqna nkunu nafu aktar rigward il-ġibda sesswali u x’tagħmel din il-ġibda tant partikolari għall-bniedem. Sadanittant, studju preċedenti kien twettaq fuq parteċipanti rġiel u xtaqna naraw jekk dan jgħoddx ukoll għan-nisa fir-rigward ta’ stimuli diżgużtanti. Hekk kif jgħid Freud, “Raġel li jbus tfajla passjonalment, jista’ jħossu diżgustat bl-idea li juża t-‘toothbrush’ tagħha.” Dan il-vers jiddefenixxi l-istudju kollu tagħna.

    M:L-istudju jsostni li nisa mqanqlin sesswalment jitqażżu inqas. Xi jfisser dan mill-aspett xjentifiku tar-riċerka? Kif wasaltu għal dan? Xi tfissru b’Induced Sexual Arousal? Jew aħjar kif sar dan?

    T: Induced Sexual Arousal ifisser tqanqil sesswali indott fil-bniedem. Dan sar hekk kif lill-parteċipanti nisa wrejniehom filmat erotiku (female friendly erotica), li kien magħżul mit-tim ta’ riċerka tagħna. Fi studji aktar ’il quddiem nixtiequ nkejlu dan it-tqanqil sesswali b’rispons fiżjoloġiku adegwat.

    Għar-riċerka tagħna dan ifisser ħafna, għaliex dak li niskopru jista’ jagħtina gwida għal studji ma’ persuni li għandhom problemi sesswali. Li tkun diżgustata hija emozzjoni b’saħħitha li tinsab f’nisa bi problemi sesswali bħal vaginismus, dyspareunia u kif ukoll fi rġiel li jbatu bi problemi ta’ erezzjoni. Ma nistgħu ngħidu xejn b’kunfidenza, imma għall-inqas nistgħu nkomplu fuq din ir-riċerka.

    M: X’tip ta’ affarijiet tista' tagħmel mara mqanqla sesswalment, li mara li mhix ma tagħmilx?

    T: Ġeneralment jekk ma jkunx hemm tqanqil sesswali jkun aktar diffiċli li jkun hemm attività sesswali, kemm għall-irġiel u kemm għan-nisa. Fl-esperiment partikolari, li tista’ tara f’paġna 31 tal-manuskritt, qabbadna lill-parteċipanti tagħna jagħmlu affarijiet diżgustanti li m’għandhomx x’jaqsmu mas-sess (bħal timsaħ idejk bit-‘toilet paper’), u qabbilniehom għal affarijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sess (bħal idaħħlu jdejhom f’ħafna kondoms użati),. Il-grupp li kienu mqanqla sesswalment sabuha aktar faċli jagħmlu affarijiet diżgustanti. Wieħed jista’ jgħid li, iva, peress li l-grupp kien qed jara l-film erotiku, seta’ kien influwenzat. Dan sar biex naraw jekk l-effett huwiex speċifiku għat-tqanqil sesswali.

    M: Iffokajtu fuq in-nisa. Għaliex?

    T: Nafu li ġeneralment, in-nisa jiddiżgustaw ruħhom aktar malajr mill-irġiel, minkejja li partijiet ta’ ġisimhom huma aktar sensittivi. Minkejja dan iddeċidejna li niffokaw fuq parteċipanti nisa biex nanalizzaw kif it-tqanqil sesswali għandu relazzjoni ma’ effetti ta’ disgużt f’nisa li m’għandhomx problemi sesswali.

    M: Temmen li kieku l-parteċipanti kienu rġiel kien ikun hemm l-istess riżultat?

    T: Iva, definittivament. Fil-fatt diġà saru testijiet fuq livell suġġettiv, fejn irġiel ġew mistoqsijin rigward is-suġġett. Studju riċenti minn Stevenson et al (2011), staqsa jekk it-tqanqil sesswali jistax jirriduċi s-sens ta’ disgustar fl-irġiel. Fl-istudju ta’ Stevenson, parteċipanti raw ritratti erotiċi ta’ nisa u wara ġew esposti għal diversi livelli ta’ diżgust. Dawn l-istudji tawna x'nifhmu li l-irġiel ikollhom rispons simili.

    Iżda, minkejja dan kollu, kif in-nies xorta waħda jibqa’ jkollhom sess pjaċevoli? Ridna nkunu ċerti li t-tqanqil sesswali jinfluwenza persuni kemm mentalment u kif ukoll fiżikament. Tqanqil sesswali jista’ jqajjem ħafna mekkaniżmi fil-bniedem li jistgħu jwaqqfu stimuli sesswali. Meta nħarsu lejn riċerka preċedenti, parteċipanti rġiel ikollhom rispons simili bħall-parteċipanti nisa. Ibbażajna fuq in-nisa, minħabba r-riċerka li ddur madwar is-sesswalità femminili u l-emozzjonijiet negattivi li jwasslu għal problemi sesswali bħal vaginismus u dyspareunia.

    M: Minn dan l-istudju jista’ jkun hemm xi kura għal xi kundizzjonijiet li jeżistu? Jekk iva, liema huma?

    T: Minn ħarsa klinika, dawn ir-riżultati jitfgħu dawl fuq problemi importanti ta’ tqanqil sesswali u diżordni ta’ wġigħ sesswali bħal vaginismus u dyspareunia. Dawn huma diżordnijiet li jagħmlu l-att sesswali impossibbli jew possibbli bl-uġigħ. Fil-fatt f’ċerti pajjiżi l-vaginismus hija r-raġuni wara żwieġ li ma jiġix ikkonsmat (jiena ċerta li f’Malta dan għadu wkoll il-każ),.

    Wieħed għandu jifhem li jekk it-tqanqil sesswali huwa baxx, il-proprjetajiet ta’ stimuli speċifiċi ta’ diżgust jiżdiedu u dan jista’ jwassal għal problemi fis-sess bħal nuqqas ta’ lubrikazzjoni tal-vaġina, fejn aktar tinħoloq frizzjoni u tikkawża problemi fis-sess. F’każ bħal dan il-mara tista’ tieħu idea negattiva tas-sess. Dawn ir-riżultati jistgħu jwasslu għal aktar riċerka rigward l-importanza tat-tqanqil sesswali. Il-vaginismus u dyspareunia huma kkawżati u mantnuti mid-diżgust.

    L-istudju jista' jinqara billi tagħfas HAWN

    • Charmaine Borg, twieldet f’Marzu 1981, persuna ta’ nazzjonalità Maltija li bħalissa qiegħda toqgħod l-Olanda. Gradwat fil-BSc (Hons), fil-Mental Health Nursing Studies fl-Università ta' Malta fl-2002. Wara l-ewwel ‘degree’ hija lestiet kors fl-Integrative Counselling and Psychotherapy u wara ġabet MSc fil-Mental Helath Sciences fl-Istitut tal-Psikjatrija, f’King’s College f’Londra, f’Jannar 2009. Waqt l-istudji għall-PhD, hija kkordinat numru ta’ ‘symposia’ u kienet kelliema f’konferenza fuq ‘sexual medicine’. Qiegħda titħarreġ fil-Post Doctoral fl-istess Università fir-riċerka ta’ ‘psychophysiological-behavioral approach’ fis-sess u d-disgustar. Ingħatat Post-Doc fellowship ma’ CRIPCAS, ċentru ta’ riċerka fi problemi relazzjonali intimi u abbużi sesswali fl-Università ta’ Montreal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2