Xalata ta' Mifsud f'rebħa kbira għal Valletta

  • Set 24, 2012 20:27
  • Miktub minn

    Valletta rebħu kontra Hamrun Spartans bl-iskor ta' 8-2, bl-eroj tagħhom ikun Michael Mifsud li skorja sitt gowls. Fl-ewwel 24 minuta Valletta kienu diġà sitt gowls minn fuq. Valletta ħadu biss erba' minuti biex marru fil-vantaġġ meta Roderick Briffa ġab waħdu lil MICHAEL MIFSUD li għeleb in-nasba ta’ l-offside u tefa' fix-xibka minkejja l-ħarġa tal-gowlkiper Anthony Curmi.

    Fis-seba' minuta Valletta rduppjaw meta din id-darba Dyson Falzon ta kross fil-baxx minn fuq ix-xellug lejn RYAN FENECH li b’xutt b’nofs dawra minn mal-art spara fir-rokna tax-xibka.

    Sa l-ewwel sittax-il minuta numru żgħir ta’ partitarji Ħamrunizi kienu diġa' qabdu triqithom lura lejn id-dar hekk kif Valletta skurjaw tliet gowls oħra f’temp ta’ tliet minuti. L-ewwel minn penalti ta’ MICHAEL MIFSUD li fit-13-il minuta għeleb lil Curmi mill-ħdax-il metru wara li l-istess gowlkiper waqqa' fil-kaxxa lil Leandro. Għaddiet inqas minn minuta u MICHAEL MIFSUD għamilhom erbgħa b’konklużjoni mill-viċin wara kross iehor ta’ Falzon, biex ftit wara l-kwarta logħob reġa' kien MICHAEL MIFSUD li għamel l-iskor 5-0.

    Valletta għamluhom sitta fl-24 minuta bi ġmiel ta’ konklużjoni fl-anglu ta’ DENNI ROCHA DOS SANTOS, qabel ma Ħamrun naqqsu d-distakk fit-32 minuta b’konklużjoni ċentrali ta’ DANIEL ZERAFA, tliet minuti wara li daħal bħala sostitut.

    Fit-tieni taqsima Valletta komplew iżidu l-iskor u fil-51 minuta MICHAEL MIFSUD approfitta minn żball difensiv u waħdu spara xutt fix-xibka biex il-gowlkiper Curmi kien megħlub għas-seba' darba.

    Valletta ghamluhom tmienja fit-73 minuta, is-sitt gowl personali fil-partita għal MICHAEL MIFSUD li mir-rebound spara fis-saqaf tax-xibka wara li l-ewwel xutt ta’ Gabriel kien salvat parzjalment minn Curmi.

    Finalment l-iskor sar 8-2 fis-87 minuta b’konklużjoni minn madwar 30 metru bogħod ta’ MASSIMO GRIMA li għeleb lill-gowlkiper sostitut Yenz Cini u skurja t-tieni gowl f’serata umiljanti għall-Ispartans.

    Tkompli l-mixja pożittiva ta’ Tarxien Rainbows li kisbu t-tieni rebħa nfila wara li 'lbierah għelbu lil Melita bl-iskor ta’ 2-0. Fil-bidu tal-partita ħafna logħob żvolga f’nofs il-grawnd sakemm fil-31 minuta Tarxien fethu l-iskor meta EVALDO DOS SANTOS għola fuq kulhadd u b’daqqa ta’ ras sabiħa tefa fix-xibka wara korner minn fuq il-lemin ta’ David Fenech.

    Fil-ftuħ tat-tieni 45 minuta sostituzzjoni doppja mill-kowċ ta’ Melita Martin Gregory bit-tama li jipprova jieħu xi ħaġa minn dan il-konfront. Kienu Tarxien li mas-siegħa logħob għalqu l-partita bit-tieni gowl, b’xutt djagonali għar-rokna tal-ahjar plejer tal-partita ANDRE ESPOSITO wara li rċeiva mingħand Meira Santos.

    Fil-65 minuta l-affarijiet komplew sejrin għall-agħar għal Melita meta Manwel Sierra Camacho kien muri t-tieni karta safra, wara li waqa' għal penalti ma l-inqas kuntatt fil-kaxxa ftit minuti wara li kien ammonit.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0