Aktar minn 10,000 pazjent Malti hu stmat li għandhom is-COPD

  • Nov 19, 2014 09:32
  • Miktub minn
"

    F'Malta huwa stmat li madwar 10,000 pazjent ibati minn marda tal-pulmun magħrufa bħala Chronic Obstructive Pulmonary Disease (COPD),. Madwar l-Ewropa din il-marda taffettwa kważi 210 miljun persuna madwar id-dinja, bl-ispiża tas-COPD fl-Ewropa biss tiswa iżjed minn €38.6 biljun.

    Din iċ-ċifra hi bażata fuq l-aħħar Stħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa li jikkalkula li f’Malta l-prevalenza ta’ COPD hi ta’ 4%. Ħafna minn dawn il-pazjenti mhumiex dijanjostikati jew ikunu dijanjostikati meta l-marda tkun diġa’ fi stat avvanzat.

    GSK qed tagħti l-appoġġ tagħha lil dawk li jsofru mill-marda COPD fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji dwar is-COPD.

    COPD hu terminu wiesgħa li jiddeskrivi kundizzjonijiet li jillimitaw it-twassil tal-arja fil-pulmuni. Dawn jinkludu wkoll bronkite kronika u enfisema. Din tolqot b’mod dirett is-saħħa tal-pazjenti, il-ħajja tagħhom ta’ kuljum u, fl-aħħar mill-aħħar, jekk jibqgħux ħajjin. L-akbar sintomu tas-COPD hu nuqqas ta’ nifs li jista’ ma jħallix nies jagħmlu attivitajiet sempliċi bħal li jinħaslu jew jilbsu. L-akbar kawża tas-COPD hi t-tipjip.

    Fi studju riċenti minn GSK ta’ pazjenti tas-COPD fir-Renju Unit, instab li l-impatt emozzjonali tan-nuqqas ta’ nifs, hu ħafna aktar milli kien maħsub qabel, b’41% tal-pazjenti ma jiddiskutux b’mod proattiv l-impatt tan-nuqqas ta’ nifs mat-tabib tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0