Nifs kbir għall-Ħamrun… rebħu l-każ Comvalius

  • Lul 10, 2012 20:24
  • Miktub minn Aleander Balzan

    Id-diriġenti ta’ Ħamrun Spartans ħadu nifs kbir hekk kif fl-aħħar sigħat sar magħruf li rebħu l-każ Comvalius. Dan il-każ seta’ jiswa biex dan it-tim iħallas somma ta’ €180,000, flimkien mal-interessi u l-ispejjeż. Dan wara li tliet klabbs Olandiżi kienu talbu kumpens mingħand Ħamrun għas-sehem li qalu li kellhom fl-iżvilupp ta’ Comvalius. Din kienet talba li kienet milqugħa mill-FIFA.

    Iżda, f’deċiżjoni rari ħafna fid-dinja tal-isport, it-tribunal tal-arbitraġġ sportiv qaleb ta’ taħt fuq id-deċiżjoni tal-FIFA u ta raġun lill-Ħamrun.

    L-avukat Chris Bonnet iddeskriva din id-deċiżjoni bħala waħda kbira.

    “Din id-deċiżjoni hija waħda kbira għall-futbol lokali. Klabb minn Malta, għalkemm ġej minn pajjiż żgħir, kellu d-drittijiet tiegħu mħarrsa mill-ikbar tribunal tal-isports,” qal Bonnet li deher għal Ħamrun flimkien ma’ avukat barrani, espert fil-qasam.

    “Dan ifisser li jekk klabb Malti ikun irid iġib plejer barrani, li jkollu kuntratt ma’ klabb ieħor, bħala professjonali, iżda l-kuntratt ma jkunx jidher mhux se jkun possibbli li dan jitlob kumpens,” qal Bonnet.

    “Għal Ħamrun Spartans dan huwa nifs kbir għax din il-kawża kienet se tiswihom €180,000 u l-interessi. Issa rebħu l-kawża bl-ispejjeż kollox, anke grazzi għall-uffiċċju legali tal-MFA,” temm jgħid Bonnet ma’ inewsmalta.com.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  

Facebook