Euro 2016 – Draw għal Malta fil-Bulgarija

  • Nov 17, 2014 00:20
  • Miktub minn

    Fil-Vasil Levski Stadium, f’Sofia, li kien prattikament vojt, Malta kisbet riżultat storiku meta spiċċat fi draw ta’ 1-1 kontra l-Bulgarija liema partita kienet valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2016.

    Dan id-draw kien ifisser l-ewwel punt miksub proprju fil-Bulgarija (minn sitt partiti), minbarra li nki­seb ukoll l-ewwel punt f’din l-edizzjoni.

    Sa mis-suffara inizjali, il-Bulgari ħarġu fuq l-offensiva biex isibu goal kmieni ... u rnexxielhom ... biex rebħu l-inizjattiva u ddominaw l-ew­wel taqsima bil-Maltin jirtiraw lura f’qoxra difensiva u joperaw bil-kontrattakki li, fil-veritá, kienu iżolati.

    Iżda fit-tieni taqsima, il-Maltin kibru fl-istatura biex saħansitra kien hemm mumenti li kienu aħjar mill-av­versarji u mingħajr l-ebda dubju kien jimmeritahom dan is-suċċess hekk kif fi sforz kollettiv kull player Malti kien protagonista.

    Il-Bulgari ma set­għux kellhom bidu aħjar meta wara biss sitt minuti fetħu l-iskor min­kejja li wasal minn pożizzjoni dubjuża ta’ offside.

    L-azzjoni bdiet minn Ivelin Po­pov li xeħet cross insidjuż lejn Mihail Aleksandrov, li kien kien f’pożizzjoni millimetrika ta’ offside kompla bir-ras lejn ANDREY GALABINOV li quddiem il-lasta laħaq qabel il-ħarġa tal-goalkeeper Malti, Andrew Hogg, biex xeħet fix-xibka.

    L-istess Ivelin Popov, wara biss żewġ minuti mill-bidu tal-partita għamel l-impossibbli meta minn azzjoni ta’ corner, minn tarf il-kaxxa ż-żgħira, għamel l-impossibbli u xeħet barra.

    Fl-10 minuta, Andrey Gala­bi­nov, inġieb waħdu biex antiċipa l-ħarġa ta’ Andrew Hogg b’ballun li spiċċa fuq il-mimduda.

    Fis-27 minuta, il-Bulgari kienu sfortunati li ma żiedux il-vantaġġ meta Andrey Gala­binov ikkontrolla b’sidru u b’xutt qawwi heżheż il-mimduda.

    Fit-38 minuta, waslet l-ewwel azzjoni ta’ Malta iżda t-tentattiv ta’ Paul Fenech, minn barra l-kaxxa ġie devjat f’corner.

    Żewġ minuti wara, il-Maltin ġew imċaħħda minn dak li deher penalty ċar meta Georgi Terziev żamm il-ballun b’idu biex jimblokka x-xutt ta’ Rode­rick Briffa.

    Iżda erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin ingħataw il-penalty wara azzjoni mibdija minn André Schembri li għadda lejn Jean Paul Farrugia li twaqqa’ minn Veselin Minev fil-kaxxa.

    Mill-11-il metru, CLAYTON FAILLA faqa’ x-xibka ... biex dan kien l-ewwel goal Malti għal din is-sena!!

    Fis-60 minuta, il-goalkee­per Andrew Hogg wettaq is-save tal-partita meta nterċetta b’siequ x-xutt minn taħt il-lasta ta’ Mihail Alek­san­drov li kien destinat għal ġewwa.

    Iżda minuta wara, Hogg safa megħlub minn daqqa ta’ ras ta’ Ivelin Popov li ġie mċaħħad mill-wieqfa.

    Fis-76 minuta, l-istess Po­pov falla penalty meta xeħet għoli wara li Rowen Muscat kkommetta foul fuq l-istess player.

    BULGARIJA: 1-Vladislav Stoyanov, 4-Georgi Terziev, 5-Nikolay Bodurov, 7-Mihail Aleksandrov, 9-Ivelin Popov, 11-Stanislav Manolev, 14-Veselin Minev, 16-Andrey Galabinov (19-Ilyan Mitsanski 58),, 17-Georgi Milanov (18-Marquinhos 58),, 21-Svetoslav Dyakov, 22-Georgi Iliev (20-Aleksander Tonev 72), - Coach: Luboslav Penev

    MALTA: 1-Andrew Hogg, 2-Jonathan Caruana, 4-Paul Fenech, 5-Andrei Agius, 7-Clayton Failla (3-Steve Bezzina 80),, 8-Roderick Briffa, 9-Jean Paul Farrugia (16-Terence Vella 92),, 11-Rowen Muscat, 13-André Schembri (6-Ryan Fenech 77),, 17-Ryan Camilleri, 22-Zach Muscat - Coach: Pietro Ghedin

    REFEREE: Martin Strombergsson (Svezja),

    ASS. REFEREES: Daniel Gustavsson, Joakim Flink (Svezja),

    RABA’ UFF: Per Brogevik (Svezja),

    ASS. REFS ADD: Andreas Ekberg, Bojan Pandzic (Svezja),

    SKORERS: A. Galabinov 6 (B),; C. Failla 49 pen (M),

    AMMONITI: J. P. Farrugia, C. Failla, J. Caruana, P. Fenech (M),; V. Minev (B),

    ATTENDENZA: 2,300

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Nov 17, 2014

    Prosit MALTA u team nazzjonali kollu ahna kburin bik!!!!!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 17, 2014

    Wasal iz-zmien li ahna l-Maltin lkoll nappoggaq lit-tim tal-futbol Malti biex jilqa' l-isfidi u jhabbatha mal-aqwa timijiet barranin. Viva Malta!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 17, 2014

    Minghajr Michael Mifsud morna u mmorru ahjar.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 17, 2014

    Well done boys....... hadna pjacir u prosit li support Malti li nstemma mill ground !!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 17, 2014

    Prosit Malta rizultat li jaghmilna kburin li ahna Maltin. Issa ejjew nharsu il- quddiem u nipruvaw ngibu rizultat jekk mhux ahjar ghall inqas bhall dan quddiem il- publiku Malti. Prosit ukoll lill dawk

    Irrispondi
  •  

Facebook