Soppa tal-għadds, ċentinarja u nagħniegħ

  • Nov 19, 2014 07:30
  • Miktub minn

    Riċetta mill-mid morning show

    Ingredjenti għall-erba' persuni:

    basla

    100g għadds oranġo

    ċentinaria (mqaxxra u maħkuka),

    sinna tewm kbira jew tlieta żgħar (maħkuka),

    erba' mgħaref nagħniegħ (żomm tnejn biex iżżejjen il-wiċċ),

    1/4 ta' kuċċarina nagħniegħ niexef

    melħ u bżar

    żewġ litri ilma

    żewġ mgħaref ġbejna maħkuka għal wiċċ

    Metodu:

    Poġġi l-ilma fuq in-nar. Żid il-basla mqatta' biċċiet żgħar. Ħokk it-tewm u żid mal-borma.

    Żid l-għadds u wara ċ-ċentinarja maħkuka. Żid nofs in-nagħniegħ frisk u niexef. Meta jibda jgħali l-ilma naqqas in-nar.

    Ħallih jtektek għal xi 35 minuta, skont kif jogħġbok il-ħaxix. Jekk tħobbu artab ħafna ħallieh għaxar minuti oħra. Itfi n-nar u ħalli kollox jiksaħ.

    Uża hand blender biex tidħan is-soppa imma mhux li tiġi lixxa kompletament. Żejjen bil-bqija tan-nagħniegħ frisk u ftit ġbejna iebsa maħkuka fil-wiċċ.


    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0