Ċentinarja mimlija bl-irkotta u l-ġbejniet

  • Nov 17, 2014 07:03
  • Miktub minn

    Din hija riċetta li dehret fil-Mid Morning Show ma' Simone u Renato

    Ingredjenti għall-erba' persuni:

    żewġ ċentinaria maqsuma minn nofs

    200g irkotta

    żewġ bajdied

    kuċċarina rignu frisk mqatta'

    kwart ta' kuċċarina rignu niexef

    nofs ġbejna bajda iebsa mahħkuka

    melħ u bżar

    nofs kuċċarina żejt taż-żebbuġa

    żewġ mgħaref frakk tal-ħobż jew ħafur bla glutina

    Metodu:

    Poġġi n-nofsijiet taċ-ċentinarja f'borma u għaddas bl-ilma. Sajjar fuq nar moderat sakemm l-ilma jibda jgħali. Baxxi n-nar u ħalli ċ-ċentinarja ssir għal 20 minuta. Neħħi ċ-ċentinarja mill-ilma.

    Ħalliha tiksaħ. Ħaffirha b'kuċċarina. Żomm il-qalba u użaha f ' soppa tal-ħaxix jew ħallatha ma xi dixx ieħor bħal patata maxx.

    Poġġi n-nofsijiet taċ-ċentinarja fuq dixx tal-forn midluk bi ftit żejt taż-żebbuġa.

    Ħallat l-irkotta, il-frakk tal-ħobż jew il-ħafur, nofs il-ġbejna maħkuka, il-bajd mħabbat, il-melħ u l-bżar, ir-rignu jew ħwawar oħra li se tuża.

    Saħħan il-forn għal temperatura ta' 180 grad celsuis. imla n-nofsijiet taċ-ċentinarja, b'din it-taħlita u aħmi fil-forn għal 25 minuta. Ferrex il-bqija tal-ġbejna maħkuka fil-wiċċ.

    Poġġi taħt il-grill għal ftit minuti sakemm jieħu kulur sabiħ.

    Servi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook