Euro 2016 – Il-Maltin ifittxu l-ewwel rebħa fuq il-Bulgarija

  • Nov 15, 2014 17:17
  • Miktub minn Sport

    Taħt it-tmexxija tal-coach Taljan, Pietro Ghedin, għada t-team nazzjonali Malti jkun impenjat fir-raba’ konfront mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2016 meta jilgħab kontra l-Bulgarija, f’Sofia, fid-8.45 pm.

    Iżda filwaqt li t-team Malti se jkun qed ifittex l-ewwel rebħa u l-ewwel punti, dan il-konfront huwa meqjus bħa­la wieħed diffiċli.

    Il-Maltin se jkunu min­għajr il-captain Michael Mifsud li jinsab sospiż wara li tkeċċa fit-telfa ta’ 1-0 kontra l-Italja.

    Għaldaqstant, Ghedin mi­stenni li jagħti ċ-ċans lill-attakkant żagħżugħ ta’ Hibernians, li bħalissa jinsab b’self mat-team Slovakk ta’ Spartak Trnava, Jean Paul Farrugia, li min-naħa tiegħu se jkun qed jagħmel it-tieni dehra tiegħu bil-flokk nazzjonali wara li ddebutta fit-telfa ta’ 1-0 kontra Ġibiltá, f’Ġunju li għadda.

    Żewġ tibidiliet oħra mistennija li jkunu dawk ta’ Jo­nathan Caruana u Ryan Fe­nech fil-post ta’ John Mintoff u Rowen Muscat.

    Il-Maltin ikunu qed ifittxu l-ewwel rebħa kontra l-Bulgarija meta s’issa sofrejna 11-il telfa u spiċċajna darbtejn f’riżultat ta’ draw.

    Il-formazzjoni probabbli:

    01. Andrew Hogg

    02. Zach Muscat

    03. Jonathan Caruana

    04. Ryan Camilleri

    05. Clayton Failla

    06. Andrei Agius

    07. Roderick Briffa

    08. Ryan Fenech

    09. Paul Fenech

    10. André Schembri

    11. Jean Paul Farrugia

    Ritratt - Paul Zammit Cutajar

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0