Kors għall-ħiliet tekniċi fit-teatru organizzat mill-Fondazzjoni Valetta 2018

  • Nov 14, 2014 13:16
  • Miktub minn

    Sittax-il persuna involuti f’diversi oqsma tal-kultura ħadu sehem fit-tieni kors dwar il-Ħiliet Tekniċi tat-Teatru (Theatre Technical Skills), organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, Il-Kunsill Malti għall-Arti u d-Direttorat Kulturali, f’kollaborazzjoni mal-British Council, Londra.

    Valletta 2018 flimkien mal-Kunsill tal-Arti u d-Direttorat tal-Kultura, qed jinvestu b’mod strateġiku fl-infrastruttura kulturali u fil-bini tal-kapaċità li huma essenzjali għall-iżvilupp u l-promozzjoni tal-programm kulturali tagħha. Għaldaqstant, qed jitwettqu eżerċizzji sabiex jiġu megjusa l-infrastruttura u r-riżorsi umani disponibbli, jiġu identifikati n-nuqqasijiet u jkunu indirizzati bil-ħsieb li jsir xogħol ta’ tħejjija b’saħħtu sal-2018.

    Huwa stmat li f’Malta u Għawdex hemm 10,378 persuna li huma ekonomikament attivi fis-Settur Kulturali u Kreattiv. Is-settur tal-arti performattiva waħdu fih 290 intrapriża li jħaddmu 580 impjegat li minnhom 80 fil-mija jaħdmu għal rashom. Barra minn hekk, hemm ammont sostanzjali ta’ xogħol volontarju fl-attivitajiet relatati mal-arti performattiva li jseħħu fit-72 spazju attiv użati għall-produzzjonijiet teatrali f’Malta.

    Xi 15% mill-Baġit għall-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018, li kull sena jilħaq il-€75,000, huma dedikati għall-bini tal-kapaċità u għall-professjonalizzazzjoni tal-artisti u l-persuni involuti fid-direzzjoni u l-prestazzjoni teatrali fl-oqsma tal-arti viżiva, l-arti performattiva, il-letteratura u l-infrastruttura fiżika.

    L-ewwel workshop dwar il-Ħiliet Tekniċi tat-Teatru, immexxi mid-diżinjatur tad-dawl Ingliż Michael Mannion, sar fi tlett ijiem ix-xahar l-ieħor u ffoka l-iktar fuq l-aspett kreattiv tad-disinn tad-dawl fit-teatru.

    It-tieni workshop sar bejn il-11 u t-13 ta’ Novembru u kien immexxi mid-direttur teatrali ġewwa Londra Jan-Willem van der Bosch u mid-diżinjatur tas-sett GaranceMarneur. Dan iffoka fuq ir-rwol tad-diżinn fil-produzzjoni u d-diżinn mit-tim kreatttiv. Is-sessjonijiet ħarsu lejn l-interazzjoni bejn id-direttur u d-diżinjatur, u ħargu metodi ta’ kif diżinn tajjeb ilibbes produzzjoni biex din tkun tajba. Ġie analizzat id-djalogu bejn id-diretturi u l-kollaboraturi u kif din l-interazzjoni tinfluwenza lit-tim kreattiv fil-komunikazzjoni tagħhom mal-udjenza.

    Dawn il-korsijiet qosra saru bl-għajnuna taċ-Ċentru għall-Kreattività tal-Kavallier San Ġakbu u t-Teatru Manoel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0