Il-kultura għandha valur ekonomiku… inċentivi lis-settur privat għall-promozzjoni kulturali

  • Nov 13, 2014 10:07
  • Miktub minn
"

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar li dan il-Gvern jemmen li l-kultura għandha valur mhux biss estetiku iżda anke ekonomiku, m’aħniex se nħarsu biss lejn l-aspett romantiku iżda se nħarsu lejn il-mod kif il-kultura tista' tippromwovi lill-pajjiżna. Dan saħqu l-Ministru waqt li ndirizza attivitá fil-kumpanija Deloitte, kemm il-Ministru kif ukoll il-Kap eżekuttiv tad-Deloitte, Malcolm Booker qabblu li s-settur privat għandu jkun inċentivat biex jgħin fil-promozzjoni u ħarsien tal-kultura f’pajjiżna.

    Bonnici saħaq li fir-riforma tal-liġijiet se ssir ukoll tibdil fil-liġi li tirregola l-Kunsill tal-Arti. Din il-liġi ilha 14-il sena u wasal iż-żmien li terġa' tinkiteb mill-ġdid, l-għan huwa li l-kultura tibda tiġi kkunsidrata bħala attività ekonomika u mhux sempliċiment estetika. Se jsir ukoll aġġornament fil-liġi li tirregola l-wirt kulturali.

    Dan qed isir bħala parti mir-riforma preżenti fejn il-Gvern qiegħed fil-proċess li jaġġorna diversi liġijiet, jikkonsolida disa' liġijiet u jneħħi 36 liġi u 16-il avviż legali biex jaqblu iktar maż-żminijiet tal-lum.
    Malcolm Booker qal li jkun naïve jekk nemmnu li hi respobsabiltà tal-Gvern biss li jieħu ħsieb il-wirt kulturali. Is settur privat għandu jieħu sehem fil-ħarsien tal-kultura, iżda dan għandu jiġi inċentivat.

    Wara l-konferenza l-Ministru flimkien ma għadd ta’ kumpaniji privati b’interess f’dan il-qasam issoktaw f'diskussjoni dwar kif is-settur privat jista' jiġi inċentivat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1