Toroq f'Ħal Kirkop ipprogrammati għas-sena d-dieħla

  • Nov 13, 2014 09:24
  • Miktub minn
"

    Il-Ministeru għat-Toroq u Infrastruttura qal fi stqarrija li t-toroq f'Ħal Kirkop huma ipprogrammati li se jsiru fl-2015.

    Il-Ministeru qal dan b’referenza għall-allegazzjonijiet dwar ix-xogħlijiet li saru fi Pjazza Żernieq, Ħal Kirkop, fejn intqal li dan il-proġett tħalla nofs leħja, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura huwa informat li Transport Malta ħejjiet il-programm ta’ xogħlijiet fejn dawn it-toroq huma mniżżlin, bħal toroq oħrajn li hemm fil-programm tagħha.

    Peress li l-Kunsill Lokali ma implimentax l-asfalt tat-toroq li jdawru l-pjazza bħala parti mill-proġett innifsu mis-somma ta’ €800,000 li kellu disponibbli mill-UE, Transport Malta wiegħdet lill-Kunsill Lokali, li se tkun qed tagħmel it-triq, bi spejjeż tagħha u l-Kunsill Lokali ġie informat dwar dan kemm permezz ta’ laqgħa li saret u anke f’korrispondenza.

    “Dan biex il-proġett, li nkarigat minnu huwa d-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, ikun jista’ jibda jitgawda mill-pubbliku. Ix-xogħol huwa pprogrammat li jsir mat-toroq li se jsiru fis-sena 2015. It-toroq isiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw, bħal meta riċentament, Transport Malta għamlet toroq b’urġenza minħabba l-Junior Eurovision. Minbarra għadd ta’ toroq li bħalissa jinsab għaddej ix-xogħol fuqhom, għas-sena d-dieħla Transport Malta se tkun qed tagħmel għadd ta’ toroq oħrajn li huma taħt ir-responsabbiltà tagħha,” qal il-Ministeru għat-Toroq u Infrastruttura.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2