Aġġornat: L-aħħar tislima lil Joseph Mifsud

  • Lul 10, 2012 16:34
  • Miktub minn

    Bħalissa, fil-Knisja Parrokjali tal-Qrendi, ingħatat l-aħħar tislima lil wieħed minn ulied dan ir-raħal. Fil-fatt Knisja mballata min-nies assistit għall-funeral ta’ Joseph Mifsud li fl-età ta’ 27 sena, nhar is-Sibt li għadda, tilef il-battalja mal-mewt.

    Il-quddiesa qiegħda tkun iċċelebrata mir-reverendu Emanuel Agius li qal li f’ċirkostanzi bħal dawn hija t-tama li tagħti l-kuraġġ u żomm lill-bniedem sħiħ. Agius qal li l-bniedem jibqa’ jittama li jara sitwazzjoni aħjar.

    “Dawn kienu s-sentimenti tagħna matul l-aħħar ġimgħat… li nibqgħu nittamaw li lil Joseph narawh magħna,” qal Agius. Mhux biss il-bnadar tal-Qrendi huma itajjru mezz'asta, iżda anke dawk fir-raħal ġar tal-Imqabba.

    L-aċċident li fih tilef ħajtu Mifsud, magħruf bħala d-dudu, seħħ fid-29 ta’ Mejju fil-kamra tan-nar Santa Marija. Mifsud sofra ħruq estensiv meta xi nar li kien qiegħed jistiva qabad.

    Ritratti: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Lul 10, 2012

    RIP

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 10, 2012

    Rip jalla dawn in nies li jhobbu n nar jipruvaw jifrhu iktar ghajnejhom u jevitaw incidenti bhal dawn ax et jinhasdu hafna hajjiet u jitkissru xeba familji. Vera hu accident imma jilabu man nar wisq!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 10, 2012

    “Grazzi Joseph. Tibqa’ f’qalbna u fi ħsibijietna għal dejjem. Maria Assunta żommu fi ħdanek quddiem ibnek Ġesu”.

    Irrispondi
  •  

Facebook