Kejk ta’ San Martin

  • Nov 11, 2014 12:25
  • Miktub minn
"

    Dan il-kejk tkellimna fuqu waqt il-Mid Morning Show din il-ġimgħa għalkemm din mhix ir-riċetta ta’ torta ta’ San Martin li qsamna magħkom fuq il-programm. Dan hu kejk tajjeb għas-saħħa għax ma fihx żejt, butir jew zokkor. Jiġi delizzjuż u jekk iżżommuh f'kontejner issiġillat, idum għaxart ijiem tajjeb.

    Ingredjenti


    250g tamal imqatta’

    200ml ilma fietel

    125g dqiq ‘self-raising’

    200g ġellewż

    tin niexef

    żewġ bajdiet mħabbtin

    1⁄4 kuċċarina msiemer tal-qronfol

    1⁄4 kuċċarina kannella

    niskata mixed spice

    qoxra maħkuka u meraq ta’ larinġa ta’ Malta jew mandolina

    qoxra ta’ nofs lumija maħkuka,

    mgħarfa lewż imfarrak

    landa tal-forn (dijametru ta’ 23ċm),


    METODU


    Xarrab it-tamal fl-ilma fietel għal siegħa. Idlek il-landa bi ftit marġerina mdewba u iksiha bil-‘baking paper’.

    Mat-tamal u l-ilma żid id-dqiq, il-ġellewż, it-tin, il-bajda mħabbta, l-imsiemer tal-qronfol, il-kannella, il-qoxra maħkuka u l-meraq tal-larinġa. Ħawwad ftit sakemm l-ingredjenti jitħalltu flimkien.

    Itfa’ din it-taħlita fil-landa tal-forn u fil-wiċċ ferrex il-lewż imfarrak.

    Aħmi t-torta fl-ixkaffa tan-nofs tal-forn għal madwar 30-35 minuta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    5