Aġġornat: Studji “inkoraġġanti” dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

  • Set 23, 2012 11:57
  • Miktub minn

    Meta kien qiegħed jitkellem f’laqgħa bit-tema mychoice.pn, fir-Rabat Għawdex, Lawrence Gonzi qal li l-Partit Nazzjonalista wettaq numru ta’ proġetti għal Għawdex. “Mhux ta’ b’xejn il-Partit Nazzjonalista huwa l-partit ta’ Għawdex u Għawdex huwa tal-Partit Nazzjonalista,” qal Lawrence Gonzi b’reazzjoni għall-intervent ta’ Euchar Mizzi dwar proġetti li saru f’Għawdex.

    Meta tkellem dwar l-aċċessibilt Lawrence Gonzi rrefera għall-istudju dwar il-mina bejn Malta u Għawdex. “L-aċċessibilt bejn iż-żewġ gżejjer bilfors trid tijieb u għażilna li nagħmlu studju biex issir mina,” qal Gonzi. Sa issa, qal Gonzi, “l-indikazzjonijiet qegħdin jinkoraġġuna u jekk fl-aħħar jirriżulta li huma vijabbli din l-aċċessibilt nagħmluha.”

    Lawrence Gonzi reġa’ wiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed iġib il-bidliet li jrid il-poplu. “L-aħjar edukazzjoni għal uliedkom, l-aħjar saħħa għalikom, imbagħad ix-xogħol li ħaddieħor tant qiegħed isib diffiċli biex joħloq,” qal Gonzi.

    F’linja mal-messaġġ li l-Partit Nazzjonalista għandu fuq il-billboards tiegħu, Lawrence Gonzi qal li “mal-Labour ma taħdimx u mal-Labour ma tafx fejn int qiegħed.” Qal kif filwaqt li l-Partit Laburista kien qiegħed iwiegħed il-living wage issa qiegħed jgħid li mhux se jżid il-paga mimina nazzjonalista. Hawn akkuża lil Muscat jekk il-Partit Laburista jkun fil-gvern se jiffriża l-paga minima.

    Il-jum tal-elezzjoni

    Dwar il-jum tal-elezzjoni Lawrence Gonzi qal li dan se jkun magħżul fl-aħjar interess tal-pajjiż. “Kuljum tagħmel l-għażliet. Imma hemm għażliet li forsi l-konsegwenzi tagħhom huma ikbar minn għażliet oħra u din waħda minnhom... hija l-ġurnata ta’ meta l-poplu tagħna jrid jagħżel min se jiggvernah għal ħames snin li ġejjin, mhux għal ħamest ijiem li ġejjin, mhux għal ħames ġimgħat li ġejjin, mhux għal ħames xhur li ġejjin, għall-ħames snin li ġejjin… issa reġgħet ġejja din il-ġurnata. Tasal il-ġurnata meta jkun fl-aħjar interess ta’ pajjiżna,” qal Gonzi li reġa' ċaħad li hu għandu l-ħsieb li jwarrab. "Kaptan tajjeb ma jitlaqx it-tmun," qal Gonzi.

    Aġġornat: Reazzjoni PL

    Fi stqarrija mmedjata wara d-diskors tal-Prim Ministru, il-Partit Laburista qal li "Lawrence Gonzi qed jagħżel it-triq irresponsabbli li jigdeb dwar il-pożizzjoni responsabbli tal-Partit Laburista li ma tiżdiedx il-minimum wage lil hemm miż-żieda statutorja għall-għoli tal-ħajja."

    "Din il-pożizzjoni hija punt ta' kunsens mall-maġġoranza kbira tal-msieħba soċjali. Il-paga minima tiżdied kull sena biż-żieda statutorja għall-għoli tal-ħajja. Xi ħaġa li mhux se tinbidel. B'li qal dalgħodu GonziPN ifisser li hu stess iffiriża l-minimum wage," żied il-Partit Laburista.

    Il-Partit Laburista qal li huwa rresponsabbli "li għal raġunijiet partiġġjani, GonziPN qed jimmina konsensus bejn l-imsieħba soċjali."

    "Il-prijorita' tal-Partit Laburista se jkun it-tkabbir ekonomiku ut-titjib tal-livell tal-għixien. L-ewwel li dan se jsir huwa permezz tat-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl," temm jgħid il-Partit Laburista.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 10

  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    Kompli tmejjel bihom ta' ħalli juruk fl-elezzjoni! Naħseb għada tagħmilihom il-mina!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    L-Ahjar bidla li GonziPN jista' jaghti lil pajjiz hi li jmur fl-Oppozizzjoni. 10 snin ilu l-PN lejliet l-elezzjoni wieghed lil Ghawdxin 'bridge' bejn Ghawdex u Malta. 5 snin ilu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    U waqt li jkun qed iħaffer il-mina jsib iż-żejt, il-gass u depożitu tad-djamanti wkoll ....

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    GONZI PN KLIKKA FI TMIEN SNIN LANQAS GHAMEL DAK LI WEDNA FI TNAQIS TA TAXXA AHSEB KEMM SER NEMNUH DWAR IL MINA HOSS F'LILMA

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    U ghal Mina ta' Santa Venera Le? Din ghada toqtor... u fuq l'art u mhux f'qiegh il-bahar ! Jibdew jiksu il-mini bil-perspex issa anki dawk f'qieghil-bahar? : ),

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    GONZI PN KLIKKA IFFRIZA GHAL FTIT IL 5OO EWRO PERO KUNU CERTI LI JEK JERGA JKUN FIL GVERN JERGA JAMILOM FI SHANA FIL BUT JEW F' XI BANK BARRA PAJJIZNA BIEX HADD MA JKUN JAF XAGHNDU

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    Dr Gonzi illum gideb fuq il-minimum wage u ta dan ghandu jitlob skuza lill

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 24, 2012

    ha jerga jibda dan? Johlom, nofs veritajiet, wieghdi.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 24, 2012

    Ghal L. Go0nzi hawn song li tghodd ghalih u din hija s-song ta Mina 'Parole, Parole, Parole..........

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 24, 2012

    Nibnu mina taht il bahar li min jaf kemm il miljuni tiswa meta lanqas biss adna toroq dicenti. Fejn huma il prijoritajiet?

    Irrispondi

It-Temp

SUNNY
27℃
29/08/2016 09:17

  •  

Facebook