“Il-PN illum ma jikkomparax ma’ dak li nemmen jien”

  • Set 23, 2012 09:18
  • Miktub minn

    Il-Kummissarju Ewropew John Dalli qal li llum għandu diversi mistoqsijiet dwar il-Partit Nazzjonalista.

    “Jien, kif għedtlek, għandi t-twemmin politiku tiegħi. L-aktar partit li matul ħajti indirizza t-twemmin tiegħi kien il-PN. Illum qed nara l-partit jittrasforma u għandi ħafna mistoqsijiet għax il-PN kif inhu llum ma jikkomparax ma’ dak li nemmen jien,” qal John Dalli f’intervista ppubblikata fil-gazzetta t-TORĊA.

    F’intervista ma’ Mark Camilleri, li ffokat dwar temi li jolqtuh bħala Kummissarju Ewropew, John Dalli kien mistoqsi dwar il-qagħda politika f’pajjiżna. Hu ddeskriva lilu nnifsu bħala “osservatur.”

    “Jien nosserva l-ispektrum politiku kollu u jien, f’Malta, nappoġġja bis-sħiħ lil dawk li jiżirgħu l-għaqda u mhux il-firda. Jien nemmen ukoll li aħna kollha Maltin; Malta hija tagħna lkoll u lkoll aħna nvoluti biex immexxu din il-gżira li tagħmel il-mirakli. U għalhekk jien osservatu,” qal Dalli li esprima wkoll tħassib dwar l-istat tad-demokrazija f’pajjiżna.

    “Qed nosserva l-kampijiet politiċi u nara min eżattament hu kredibbli u x’tip ta’ politika jħaddan - mhux biss li jippriedka imma li jwettaq. Jien favur l-għaqda u favur id-demokrazija sħiħa li tfisser li kull individwu għandu jħoss li għandu l-istess saħħa daqs ħaddieħor. Nemmen ukoll li għandna jkollna sistema qawwija ta’ solidarjet. Sistema ta’ solidarjet għandna imma fuq l-istat ta’ demokrazija f’pajjiżna bħalissa jien kemxejn inkwetat,” qal Dalli.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 6

  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    Il-Kummissarju John Dalli hu kaz li lili jweggaghni hafna

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    Dak kollu li stqarr John Dalli juri car hafna kemm verament il-PN sar Partit Negattiv.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    Veru li John Dalli ihossu imweggha mil partit tieghu stess imma ma irridux ninsew ta meta hu kien Ministru biegh il bank Midmed lil HSBC bil karawett u ukoll ma irridux ninsew ta meta il p

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    Jekk ghamel certu gaffes bhal tal-MidMed, ghallinqas hu politiku u ma jghajjarx. Kien jikkritika fejn kellu bzonn jikkritika, u qatt ma kien supperv!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    META KIEN MINISTRU KIEN JEJD XEJN MU BXEJN IMMA IL MID MED BXEJ TAH

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    Jien lil John Dalli ninzalu l-kappell . wiehed mil pajuniri ta' ex mejjex Eddie Fenech adami li bidel lil malta ta taht fuq u rega gab il-paci fostna kolla ( laburisti u nazzjonalisti ), Ma hemmx alfejn nahsbu hafna li d

    Irrispondi