Mamadou Kamara, l-immigrant mill-Mali li fit-30 ta' Ġunju twassal mejjet fil-poliklinka ta' Raħal Ġdid, miet b'daqqiet fil-parti ġenitali tiegħu. Dan qalu l-ispettur Keith Aranuad meta kien qiegħed jixhed quddiem il-Maġistrat Saviour Demicoli fil-kumpilazzjoni tas-surġent Mark Anthony Dimech ta' 44 sena u gunner Clive Cuschieri (ritratt), ta' 29 sena. Dawn huma mixlija li qatlu lil Kamara.
Fix-xhieda tiegħu Arnaud qal li kemm Dimech u kemm Cuschieri qalu li wara li l-immigrant ħarab u maru għalih tawh daqqiet ta' sieq. Filwaqt li wieħed minnhom kien qiegħed iżommu biex jarrestah. It-tnejn li huma qalu li kien Cuschieri li tah bis-sieq u Dimech qabeż fuqu biex jarrestah. Qalu li Dimech ma qabiżx fuqu biex l-ieħor ikun jista' jsawtu imma biss biex jarrestah. Kien hawn li Arnaud qal li skont l-awtopsja, Kamara miet b'daqqiet fil-parti ġenitali u f'ġenbu.
Xehdu wkoll Marco Cuschieri u Frans Scerri li huma ż-żewġ uffiċjali ta' detenzjoni li akkumpanjaw il-vann li fih kien Kamara.
Cuschieri qal li Gordon Pickard, suldat li wkoll hu mixli bl-involviment tiegħu f'dan il-każ, qallu biex jgħid li l-immigrant baqa' jirreżistihom anke fil-vann. Min-naħa l-oħra Frans Scerri qal li kien Dimech li qallu biex jgħid hekk.
Ritratt: John Pisani
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.