Minn żerriegħa għal esperiment ta' riċerka fil-klima

  • Nov 07, 2014 13:55
  • Miktub minn

    Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat żar il-proġett LifeMedGreenRoof fil-fakulta tal-Ambjent Mibni fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta. Dan il-proġett li ilu għaddej madwar sena għandu l-għan li jinvestiga il-potenzjal ta’ bjut imħaddra fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija, minn żerriegħa, issa sar proġett importanti ta' riċerka, saħaq il-Ministru.

    Dan il-proġett huwa iffinanzjat minn fondi Ewropej taħt l-iskema Life plus. L-għan hu li proġetti simili jwasslu biex tiżdied l-effiċjenża tal-enerġija u jnaqqsu l-problema tal-għargħar.

    Il-Ministru Brincat illum żar il-progress li sar hekk kif kien raħ anke fil-bidu tiegħu, hu stqarr kif minn kunċett dan żviluppa f’esperiment ta’ riċerka li dejjem qed jikber.

    Il-bjut għandhom il-limitazzjonijet tagħhom, stqarr Brincat hekk kif spjega kif il-pjanti ikunu esposti għall-elementi tal-klima. Għal din ir-raġuni ma tintużax ħamrija.

    Dan il-proġett qed issir ukoll fit-tramuntana tal-Italja. Il-bejt imħaddar li mistenni jitlesta fis-sajf tal-2015, se jkun ukoll miftuħ għall-pubbliku.

    Il-Bejt imħaddar għandu diversi għanijiet fosthom li jipreserva il-biodivesita, jassorbi l-ilma tax-xita, joffri ambjent sabiħ filwaqt li jgħin biex jonqsu it-temperaturi fl-arja f’postijiet urbani.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0