L-Arti ta’ C215 mhux postha fuq il-letter boxes Maltin

  • Nov 05, 2014 15:24
  • Miktub minn

    Il-Maltapost iddeċidiet li l-arti tal-artist Franċiż, C215 jew Christian Guémy mhux postha fuq il-pillar box tagħha. Bil-kontra tas-servizz tal-posta Franċiża li poġġiet l-arti ta’ Guémy fil-mużew nazzjonali l-Maltapost żebgħet fuqhom u ksithom b’żebgħa ħamra.

    It-timesofmalta rraportat kif il-bieraħ il-Maltapost resqet ilment mas-Sindku tal-Belt Valletta Alexiei Dingli fejn qalet li b’din l-arti saret il-ħsara lill-pillar boxes tal-kumpanija. Dan kollu, żiedet il-Maltapost sar mingħajr permess.

    Fir-reazzjoni tiegħu s-Sindku Alexei Dingli qal li kieku l-Maltapost informat ruħha sew fuq ix-xogħollijiet ta’ Guémy huma kienu jindunaw li hu artist rispettabli ferm u fi Franza għamel ukoll wirja b’dawn il-post boxes. Ta’ min isemmi li dawn il-post boxes mhux biss għandhom valur kulturali iżda saħansitra jiswew l-eluf, fl-2012 C215 kien saħansitra biegħ post box għal € 23,167.

    Hi sitwazzjoni ridokola, qal is-Sindku Dingli, li l-Maltapost ma rat xejn għajr l-interess tagħha. Malta għad fadlilha ferm x’titgħallem fejn tidħol il-kultura, saħaq is-Sindku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Nov 05, 2014

    jahasra xmentalita. kieku ghamilha ma hajt nghidlek nehhiha minn hemm ghax il-Belt Valletta hi Barokka. Imma fejn ghamilha ma ghamel hsara lil hadd. Xinjoranza.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 07, 2014

    Missu ghamilha ma ''bieb'' il-Belt!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 13, 2014

    Fil-verita in-nuqqas li sar jidher li

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 07, 2014

    L-istorja tirreppeti ruha. Iz-zebbgha u l-Francizi iffakruni fl-istorja li grat fil-konkatidral ta San Gwann fi zmien il-hakma Franciza f'Malta.

    Irrispondi