Ostaġġ… film qasir bil-Malti

  • Nov 05, 2014 09:35
  • Miktub minn

    Ostaġġ huwa l-isem ta' film qasir bil-Malti li se jitlesta dalwaqt, b'kitba u produzzjoni ta' Krystabel Galea u direzzjoni ta' Jameson Cucciardi.

    Kollox beda bħala esperiment bejn Krystabel u Jameson biex jaraw humiex kapaċi jaħdmu flimkien. Żviluppaw l-istorja u wasal iż-żmien li jibdew jfittxu n-nies biex jissieħbu magħhom. Kemm l-atturi u kemm il-crew emmnu fl-istorja u tħajru jieħdu sehem.

    L-istorja tak-film hija dwar tfajla determinata li, flimkien mal-għarus tagħha, tidħol fl-appartament tal-eksmaħbub tagħha xħin dan ikun hemm sabiex tivvendika ruħha minnu.

    L-atturi huma Alba Florian Viton, Jean Paul Carbonaro, Ingrid Bolger, Claudia Agius u Owen Bonello.

    Il-ġbid tal-film tlesta ftit tal-gimghat ilu u l-editjar ghandu jkun lest sal-aħħar ta' din is-sena. Il-film ser ikollu sottotitli b'ħames lingwi differenti ghall-benefiċċju tal-udjenza.

    Il-film ser ikun qed jikkompeti f’diversi festivals internazzjonali u lokali u eventwalment jintwera fuq Facebook, Vimeo u Youtube.

    Fuq il-paġna ta’ Facebook qed jiġu impustati xi aġġornamenti, ritratti u iktar ’il quddiem siltiet mill-film. Il-paġna ta’ Facebook hi: https://www.facebook.com/hostageshortfilm/

    Il-fotografu prinċipali hu Daniel Borg minn Daniel Borg-Photography u l-make-up artist hi Priscilla Falzon minn Greeneyes Makeup by Priscilla. Id-disinjatur tat-titlu huwa Charles Balzan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0