Torta tal-marmurat

  • Nov 09, 2014 08:44
  • Miktub minn

    Riċetta oħra grazzi lil Renato Briffa, espert tal-ħelu Malti mil ITS

    Għall-għaġina:

    160g dqiq

    50g zokkor

    50g butir

    5g baking powder

    tliet taqtiriet tal-vanilla

    35 ml ilma

    Qoxra ta' lumija maħkuka

    Għall-mili:

    125g lewż mitħun

    100g zokkor

    50g gallettini mfarrkin

    bajda

    ġamm tal-larinġ

    mgħarfa kokotina

    nofs kuċċarina mixed spice

    erba' taqtiriet essenza tal-vanilla

    20g konfettura

    150g ċikkulata skura

    80g lewż


    Metodu:

    Għarbel id-dqiq u l-baking powder. Żid il-butir u ħaddem fid-dqiq. Żid il-vanilla u l-qoxra tal-lumija. Ħallat iz-zokkor, żid l-ilma. Kebbeb l-għaġina fil-cling film u ħalliha toqgħod fil-fridge għal nofs siegħa.

    Fi skutella ħallat il-lewż, iz-zokkor u żid il-kokotina, il-mixed spice, vanilla u konfettura. Ħallat flimkien. Żid il-bajda u ħawwad. Idlek id-dixx, iftaħ l-għaġina u iksi l-qiegħ tad-dixx biha.

    Taqqab l-għaġina b'furketta. Dellek l-għaġina bil-ġamm tal-larinġ u ferra l-mili taċ-ċikkulata. Sajjar fil-forn f'temperatura ta' 160 grad celsius għal 30 minuta. Oħrog mill-forn, ħalliha tiksaħ, dewweb iċ-ċikkulata skura u għatti l-wiċċ ta' torta. Żejjen bil-lewż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Nov 11, 2014

    ir ritratt mhux torta tal marmurat. Vera il wicc ikun miksi bic cikulata, tondjatura pasta rjali, royal icing u cirasa hamra.

    Irrispondi