Torta tal-lampuki u spinaċi

  • Nov 07, 2014 08:10
  • Miktub minn
"

    Ingredjenti għal sitt persuni:

    Għall-għaġina:

    800 dqiq

    100 ml żejt taż-żebbuġa

    200g butir

    kikra u nofs ilma kiesaħ

    kuċċarina melħ

    erba' kuċċarini klin

    tliet kuċċarini ġulġlien

    Għall-mili:

    żewġ kg fletti tal-lampuki

    erba' tadamiet imqattgħin

    żewġ basliet

    250g spinaċi misjura

    erba' żebbuġiet suwed imqattgħin

    ħabaq frisk

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    melħ u bżar

    Metodu:

    Għarbel id-dqiq, żid il-melħ. Ħaddem il-butir fid-dqiq. Żid l-ilma kiesaħ ftit ftit sakemm tgħaqqad l-għaġina. Rembilha fil-klin u kebbibha fl-istretch and seal. Poġġi fil-fridge għal nofs siegħa.

    Qatta' l-ħuta f'porzjonijiet żgħar mingħajr għadam u u iksi bid-dqiq. Aqli u erfa' biex tuża iktar tard. Aqli l-basla u t-tewm. Żid l-ispinaċi, żebbuġ u tadam. Għatti u sajjar sakemm il-ħaxix isir artab. Żid il-ħut mal-ħaxix u ftit melħ u bżar.

    Iftaħ l-għaġina u iksi d-dixx tal-forn. Poġġi l-mili tal-lampuki. Għatti u agħlaq l-għaġina sew. Taqqab il-wiċċ tal-għaġina u uża pinzell biex iddellek bajda mħabbta fil-wiċċ. Ferrex il-ġulġlien fil-wiċċ. Aħmi f'form b'temperatura ta' 180 grad celsuis għal 45 minuta sakemm l-għaġina tiġi kulur sabiħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0