Bżar aħmar mimli

  • Nov 06, 2014 09:15
  • Miktub minn

    Riċetta mill-mid morning show

    Ingredjenti għal erba' persuni:

    sitt bżariet ħomor imdaqsa

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    basla mqatta'

    ħassa mqatta'

    żewġ sinniet tewm mqatta'

    230g laħam abjad bħal tiġieġ, ħut, fenek, li trid, mqatta' irqiq jew kapuljat

    kikkra u nofs ross

    nofs kikkra lewż li trid

    żewġ mgħaref tursin imqatta' fin


    Metodu:

    Saħħan il-forn għal temperatura ta' 180 grad celsuis.

    Qatta' l-biċċa ta' fuq tal-bżar u nadfu miż-żerriegħa ta' ġewwa

    Saħħan iż-żejt f'taġen mdaqqas fuq nar moderat. Żid il-basal, ħass u tewm, sajjar għal xi ħames minuti. Żid it-tiġieġ jew laħam abjad ieħor u sajjar għal xi ħames minuti oħra jew sakemm isir. Neħħi minn fuq in-nar u żid ir-ross u l-ingredjenti l-oħra u fl-aħħar il-lewż imfarrak u t-tursin.

    Imla l-bżar. Ħalli qiesu ċenimetru fil-wiċċ u erġa' poġġi l-biċċa ta' fuq tal-bżar fuq kull bżaru. Itfa' l-bżar aħmar ħdejn xulxin f'reċipjent kbir u sajjar fil-forn għal madwar 45 minuta jew sakemm jirtab il-bżar. Servi sħun u dan tajjeb ukoll mkessaħ fil-fridge u servut ma xi insalata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0