Soppa tal-gambli stil Ċiniż

  • Nov 03, 2014 15:16
  • Miktub minn

    Ingredjenti għal erba' persuni

    200g gambli mqaxxra

    żewġ litri stokk tal-ħaxix

    żewġ biċċiet irqaq ginger frisk mitħun

    erba' mgħaref meraq tal-lumi frisk

    50g faqqiegħ imqatta'

    75g sweet corn

    50g piżelli tal-friża

    erba' mgħaref soy sauce

    sinna tewm maħkuka

    basla mqatta' rqiq

    mgħarfa żejt

    kosbor frisk u ftit weraq biex iżżejjen

    Metodu

    Aqli ħafif il-basla.

    Żid it-tewm u l-ginger, u wara l-istokk tal-ħaxix. Itfa' l-faqqiegħ, l-isweet corn u l-piżelli u sajjar għal ħames minuti.

    Żid is-soy sauce u l-meraq tal-lumi. Itfa' l-gambli mqattgħin biċċiet żgħar u sajjar fuq nar għoli għal ftit minuti, kemm isiru, skont id-daqs tagħhom.

    Aqleb is-soppa fil-platti. Żejjen bil-kosbor frisk fil-wiċċ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Nov 05, 2014

    Proset tar ricetti tajbin tajbin u healthy li dejjem Ttina

    Irrispondi
  •  

Facebook