Aġġornat: Favur it-tibdil fil-liġi elettorali

  • Lul 10, 2012 14:51
  • Miktub minn

    Il-Forum Żgħażagħ Laburisti laqa’ t-tibdil propost fil-liġi elettorali, li permezz tiegħu, kull min ikollu 18-il sena sal-ġurnata tal-elezzjoni ġenerali, jingħata d-dritt li jivvota.

    “L-FŻL ilu jisħaq li f’pajjiżna għandha tiddaħħal is-sistema ta’ rolling register, biex nassiguraw li ż-żgħażagħ kollha ta’ 18-il sena jkunu jistgħu jsemmgħu leħinhom permezz tal-vot,” intqal fi stqarrija.

    “F’Jannar li għadda, il-FŻL saħansitra talab lill-Prim Ministru biex jimplimenta dan id-dritt fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Marzu li għadda. Kieku Lawrence Gonzi ħa l-parir tagħna, aktar minn 1,300 żagħżugħ li kellhom 18-il sena, kienu jingħataw l-opportunita’ jesprimu ruħhom fl-interess tal-lokal tagħhom,” kompla jingħad.

    Intant, l-FŻL fakkar fl-appoġġ tiegħu għall-proposta “ta’ Joseph Muscat li l-eta’ tal-votazzjoni għandha tinżel sa sittax-il sena, tal-inqas fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.”

    "Opportuniżmu konsistenti"

    Intant, il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista, akkuża lill-Forum Żgħażagħ Laburisti "b'opportuniżmu konsistenti"

    "Joħorġu stqarrija biex jippruvaw jirkbu fuq deċiżjoni li ħa l-Gvern favur il-votanti ġodda żgħażagħ permezz tar-rolling register. Imma bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jaqsam, u l-fatti huma li l-MLP mhux biss iqaċċat l-irjus ta' dawk li hu ma jaqbilx magħhom imma saħansitra jrid iċaħħad lin-nies mid-dritt tal-vot," qal l-MŻPN.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Lul 11, 2012

    L-MZPN jitkellmu fuq opportunizmu? din hija l-istess ghaqda taz-zghazagh li qas kienet kapaci jkolla vuci fil-kampanja tad-divorzju. Grupp ta' nies b'ghan wiehed: li jilghaqu lill-aministrazzjoni tal-Partit biex ''jilhqu''.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 11, 2012

    Jidher li l-MZPN ma jafx x'inhu opportunizmu ... jekk xejn opportunizmu jfisser li taghmel ir-'rolling register' meta tkun taf li mir-rizultati tas-surveys zghazagh ta' 18-il sena jidhru li aktar jappogjaw il-PN milli l-PL.

    Irrispondi
  •  

Facebook