Appuntati tliet Diretturi Artistiċi ġodda: Michelle Castelletti, Toni Sant u Mario Philip Azzopardi

  • Nov 01, 2014 13:41
  • Miktub minn

    Il-Kunsill Malti tal-Arti illum ħabbar l-ismijeiet tat-tlett Diretturi Artistiċi ġodda, Dr Michelle Castelletti ġiet appuntata direttur artistiku tal-Malta Arts Festival, Dr Toni Sant tћabbar bћala d-direttur artistiku tal-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru gћall-Kreattivita’ filwaqt li Mario Philip Azzopardi se jieћu r-rwol ta’ direttur artistiku tal-Fondazzjoni Valletta 2018 mill-1 ta’ Jannar 2015.

    Permezz ta’ dawn id-Diretturi Artistiċi ġodda, stqarr il-Kunsill, ix-xena artistika u kulturali lokali se tieħu spinta ‘l quddiem fil-mixja lejn l-2018 fejn il-Belt Valletta issir il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.

    Wara li kisbet Masters fid-Direzzjoni Mużikali (second study, Composition), mill-Ingilterra, Dr Castelletti inћatret bћala Festival Manager tas-Sounds New Contemporary Music Festival ġewwa Canterbury. Taћt id-direzzjoni tagћha, dan il-Festival rebaћ il-premju prestiġjuż ‘Destination Canterbury Award’ talli ġab l-aktar rikonoxximent nazzjonali u internazzjonali lil Canterbury. Ftit wara li kisbet il-PhD, Michelle marret tgћix Manchester fejn inћatret direttur artistiku gћar-Royal Northern College of Music (RNCM),. Michelle tagћmel l-almu tagћha biex iġġib firxa inkredibbli ta’ artisti u varjeta’ ta’ stili fil-programm artistiku.

    Id-direttur artistiku ġdid tal-MAF kienet fil-quċċata tal-bidla kull fejn marret bћal, ngћidu aћna, riċentament, proġett ta’ seba miljun lira Sterlina gћall-ftuћ ta’ sala tal-kunċerti state-of-the-art fl-RNCM f’Novembru. Hija strateġista, tiffoka fuq l-integrita’ artistika u l-eċċellenza f’ambitu ta’ tkabbir artistiku, kredibilita’ u sostenibbilta’. Dr Castelletti tagћmel parti mill-grupp ‘What Next North West’ u ‘Culture on the Corridor’ ġewwa Manchester. Hija wkoll trustee tal-Piccadilly Symphony Orchestra.

    Dr Toni Sant ser ikun l-ewwel direttur artistiku tal-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru gћall-Kreattivita’. Il-ћatra tiegћu intlaqgћet tajjeb miċ-chairman tal-Kavallier ta’ San Ġakbu Rupert Cefai. “Huwa ta’ kuraġġ li naraw li l-vojt li nћoloq minn dawn it-tliet pożijizzjonijiet ta’ diretturi artistiċi li kienu vakanti fl-istess perijodu finalment ġie ndirizzat.”

    Dr Toni Sant huwa Reader f’Digital Curation ġewwa l-Universita’ ta’ Hull u Senior Fellow ġewwa l-Higher Education Academy fl-Ingilterra. Huwa beda l-karriera tiegћu bћala xandar professjonali f’Malta u ћadem bћala produttur/preżentatur kif ukoll bћala direttur fuq numru ta’ produzzjonijiet gћar-radju u televiżjoni bejn l-1986 and 1998. Huwa kiseb BA (Hons), fit-Theatre Studies mill-Universita’ ta’ Malta u kompla l-istudji tiegћu b’MA u PhD f’Performance Studies mill-Universita’ ta’ New York. Fl-1999, beda jillekċerja fit-teknoloġiji kreattivi ta’ produzzjoni u beda jagћti lekċers fl-Universita ta’ Malta, l-Universita’ ta’ Adelphi, l-Universita’ ta’ New York u l-School of Arts & New Media fl-Universita’ ta’ Hull ġewwa Scarborough, fejn kien Direttur tar-Riċerka qabel ma’ nћatar f’din il-pożizzjoni ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġabkbu.

    Magћruf l-aktar gћad-drammi b’temi kurrenti li jġiegћluk taћseb u gћax-xogћol tiegћu fil-film, Mario Philip Azzopardi, id-direttur artistiku ġdid tal-Fondazzjoni Valletta 2018, huwa prattikant artistiku, direttur, amministratur, produttur u kreatur oriġinali ta’ prodotti u avvenimenti. Fl-eta’ ta’ 21 sena, Mario Philip waqqaf ir-Royal University Students Association (RUSCA),, fejn idderieġa l-ewwel feature film Malti twil (Gaġġa),. Wara huwa ћadem b’mod estensiv fit-televiżjoni u fit-teatru. Meta d-dramm oriġinali tiegћu Sulari fuq Strada Stretta ma tћalliex jittella t-teatru nazzjonali gћar-raġunijiet ta’ ċensura, huwa emigra lejn il-Kanada. Waqt li kien il-Kanada, Mario Philip kiseb esperjenza konsiderevoli fl-Amerka ta’ Fuq u t-Isfel kif ukoll fl-Ewropa, fejn kien wieћed mill-pijunieri li ћadmu fl-esperiment li kien il-produzzjoni ta’ programmazzjoni Amerikan barra.

    Dan l-aћћar, Mario Philip waqqaf Staġun Teatru Malti, kumpanija privata li tikkummissjona, tiżviluppa, u tipproduċi drammi oriġinali bil-Malti. Taћt id-direzzjoni tiegћu, STM preżentat seba’ drammi oriġinali bil-Malti f’dawn l-aћћar sitt snin. Huwa kiteb u dderrieġa tnejn minnhom. Is-sena l-oћra Mario Philip ipproduċa, idderieġa u kiteb l-ewwel ko-produzzjoni Malta/Kanada: SAUL: The journey to Damascus, li bћalissa qed jiġi mqassam mad-dinja jkollha minn E-ONE Enetertainment. Bћala direttur artistiku gћall-Valletta 2018, huwa se jfittex li jirriċerka, jiskopri u jifhem il-bżonnijiet, l-aspirazzjonijiet u l-aspettattivi lokali bl-gћajnuna ta’ tim speċjalizzat biex igћinu programmi innovattivi, ispirati

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Nov 01, 2014

    taghna llkoll..

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 01, 2014

    Awguri li dawn it-tlett Maltin kapaci li jwasslu l-kultura lokali u internazzjonali fl-oghla livell.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 02, 2014

    Mario Philip Azzopardi Kien fuq billboard u fetah il video ta Malta taghna lkoll, jghidu li jemmnu fJoseph ax joseph jemmen fihom.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 02, 2014

    Kienu kuragguzi li marru fuq il-billboard ghax minn kien ma jaqbilx maghhom kienu jitajjrulhu rasu. Nies kapaci ghax le ma nuzawhomx dawn mahumiex cwiec bhalma ma kienu qalu ghalina l-Maltin. Dan Malti bhalna qal hekk li soltu taghhom laqgha tal-barrani.

    Irrispondi