Il-lista ta’ xhieda ta’ JPO se jkollha nies mill-PL

  • Lul 10, 2012 14:32
  • Miktub minn Aleander Balzan

    Id-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando se jkun qiegħed iressaq il-lista ta’ xhieda li hu jrid li jinstemgħu mill-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fil-każ li fih qiegħed jitlob it-tkeċċija ta’ Richard Cachia Caruana, mill-Partit Nazzjonalista.

    Quddiem din l-istennija l-mistoqsija l-kbira hi dwar jekk din il-lista hux se tinkludi esponenti ewlenin tal-Partit Laburista.

    Id-deputat Jeffrey Pullicino Orlando kkonferma ma’ inewsmalta.com li “iva”, din il-lista se tkun tinkludi esponenti tal-Partit Laburista. Dan fid-dawl li waħda mill-akkużi ewlenin li Pullicino Orlando qiegħed jagħmel fil-konfront ta’ Cachia Caruana hi li dan ipprova jikkoludi ma’ esponenti ta’ gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998.

    Għalkemm din l-aħbar tista’ ma tkunx meqjusa bħala sorpriża ftit jistgħu jimmaġinaw x’se tkun ir-reazzjoni tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, li naturalment, f’ċirkostanzi normali ma jkunx miftuħ għall-esponenti tal-Partit Laburista.

    Mistoqsija oħra hi dwar x’se jkunu qegħdin jagħmlu dawn l-esponenti tal-Partit Laburista li se jkunu fil-lista ta’ Jeffrey Pullicino Orlando.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook