Valletta l-Orkestra tiegħi… l-innu Malti bil-ħsejjes tal-Belt

  • Ott 29, 2014 17:24
  • Miktub minn

    Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tniedi l-filmat uffiċċjali marbut mal-libsa korporattiva l-ġdida. Il-filmat jirrakkonta l-esperjenza tat-tifel Ian, waqt ħarġa fil-Belt Valletta ma’ nannuh. L-istorja hija riflessjoni tal-ħajja ta’ tfal u żgħażagħ oħra Beltin, Maltin u Għawdxin.

    Waqt li n-nannu u t-tifel jimxu fit-toroq u l-pjazzez u jżuru ħwienet fil-Belt Valletta, it-tifel jinnota, jisma’ u jistampa ċar f’moħħu s-sbuħija ta’ Valletta, l-ilwien, il-ħsejjes u l-karatteristiċi li jagħmlu lil Valletta belt unika.

    L-esperjenza tal-kultura riflessa fil-ħajja ta’ madwaru tispira lil Ian biex jinterpreta l-elementi tradizzjonali f’ħajtu b’mod ġdid. Għalhekk ‘Valletta l-Orkestra tiegħi – Ian il-Mużiċist’ fejn it-tifel isir il-protagonist prinċipali.

    Fil-ġranet li għaddew, il-Fondazzjoni Valletta 2018 nediet il-fażi l-ġdida fil-vjaġġ tagħha permezz ta’ identità korporattiva ġdida. Dan l-iżvilupp jixħet dawl fuq it-tranżizzjoni minn belt kandidata għat-titlu Kapitali Ewropea tal-Kultura fis-seħħ.

    Flimkien mal-Programm Kulturali, l-Fondazzjoni qed tfassal programm ta’ riċerka u evalwazzjoni relatat direttament mal-kultura li huwa konsistenti u aċċessibli.

    Ir-rapreżentazzjoni viżwali ġdida ta’ Valletta 2018 tidefinixxi identità ankrata mal-karatteristiċi uniċi tal-Belt, għalhekk qed tintuża l-frażi ‘Belt Unika’.

    Il-logo uffiċjali ta’ Valletta 2018 hija ispirata mill-pjanti arkitettoniċi oriġinali ta’ Francesco Laparelli da Cortona (1521-1570),, b’ringieli ta’ toroq iddisinjati perfettament f’angoli retti ta’ disgħin grad b’viżwal ta’ diversi saffi. Din il-marka sservi bħala l-bazi ta’ identità fuq sistema ta’ grid unika għal Valletta 2018.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0