“Djamanti Mużikali” f’Għawdex

  • Ott 29, 2014 09:59
  • Miktub minn

    Sabiex jitfakkru l-50 sena minn Malta Indipendenti u l-40 sena minn Malta Repubblika, il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Fondazzjoni għaċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FĊN), se jkunu qed itellgħu żewg iljieli ta’ mużika f’Għawdex, fit-Teatri Astra u Aurora.

    Din hi l-ewwel darba fl-istorja ta’dawn iż-żewġ teatri Għawdxin li ser ikunu qed jikkollaboraw flimkien biex itellgħu kunċert wieħed.

    L-ewwel kunċert se jkun qed isir fit-Teatru Astra nhar id-29 ta’ Novembru waqt li t-tieni wieħed se jitella’ fis-6 ta’ Novembru fit-Teatru Aurora. Id-dħul ta’ dawn il-kunċerti se jkun b’xejn.

    L-isem magħżul għal din l-attività nazzjonali huwa “Djamanti Mużikali” minħabba l-kanzunetta popolari tal-grupp lokali The Tramps “Inti Djamant”. Dan il-festival se jkun ta’ natura nostalġika u mżewwaq b’firxa ta’ kanzunetti Għawdxin, Maltin kif ukoll xi drabi anke Ingliżi. Se jkunu qed jieħdu sehem bost kantanti minn Għawdex kif ukoll minn Malta.

    F'konferenza tal-aħbarijiet f'Kastilja, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo wera l-apprezzament tiegħu li l-gżira tat-tliet għoljiet għal darb'oħra se tkun qed ittella' attività kbira oħra, din id-darba fit-teatri ewlenin tal-gżira Għawdxija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook