Tiġieġa bbq fil-forn

  • Ott 31, 2014 07:13
  • Miktub minn

    Metodu għall-erba' persuni:

    tmien biċċiet tiġieġ, aħjar bl-għadma

    melħ u bżar

    Għas-southern bbq sauce:

    34 kikkra Ketchup

    12 kikkra ħall

    żewġ mgħaref Worchester Sauce

    żewġ mgħaref Soy Sauce

    12 zokkor ismar

    12 kuċċarina melħ

    ftit bżar iswed

    nofs basla mqatta' irqiqa

    Metodu:

    Ħallat l-ingridjienti tal-bbq sauce flimkien. Tista' ukoll iżid xi ħwawar oħrjan li tiggosta bħal paprika jew chicken seasoning.

    F'kazzola ħallat flimkien kollox fuq nar baxx u għalli kollox u itfi n-nar.

    Irranġa t-tiġieġ fuq dixx tal-forn. Jiena sirt niksi d-dixxijiet kollha bil-baking paper għax tiffrankaw ħafna ħasil wara. Ferra l-bbq sauce fuq it-tiġieġ u immarinhom għall-anqas sagħjten imma tista' tħallihom fil-fridge għal-lejl sħiħ. Wara siegħa aqleb il-biċċiet tat-tiġieġ. Sajjar f'forn f'temperatura ta' 180 grad celsuis għal nofs siegħa, aqleb it-tiġieħ u aħmi għal nofs siegħa oħra.

    Poġġi taħt il-grill għal żewġ minuti u oqgħod attent biex ma jinħaraqx.

    Din ir-ricetta hija ta' Lea Hogg.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook