Għaġin bil-brokkoli tewm u l-pecorino

  • Ott 27, 2014 09:06
  • Miktub minn

    Din ir-ricetta tal-lum hija sempliċi u veġitarjana

    Għall-erba' persuni għandek bżonn:

    pakett għaġin tal-250g

    brokkoli

    tliet sinniet tewm

    chili ħamra friska

    ġobon Pecorino maħkuk frisk

    melħ u bżar midħun frisk

    żejt taż-żebbuġa

    tursin, mqatta' rqiq

    Metodu:

    Sajjar l-għaġin kif jgħidlek il-pakett.

    Neħħi z-zokk mill-brokkoli u aqsam il-fioretti biċċiet żgħar.

    Saħħan ftit ilma f'borma u itfa' l-brokkoli meta jibda jgħali

    Ħalli għal tliet minuti, neħħi minn fuq in-nar u għaddi min passatur ħalli tneħħi l-ilma. Aqli t-tewm mqatta' irqiq ħafna fi ftit żejt. Żid nofs iċ-chilli mqatta' irqiq

    Żid il-brokkoli. Ħallat u neħħi minn fuq in-nar. Żid il-bqija taċ-chilli

    Ħallat mal-għaġin. Ferrex ftit tursin fil-wiċċ. Ferrex ftit pecorino frisk u spiċċa bi ftit melħ u bżar.

    Servi sħun jew poġġih fil-fridge u tista' isservih il-ġurnata ta' wara.

    Din ir-riċetta hija ta' Lea Hogg.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0