Malta fost pajjiżi mħeġġin biex jaqbdu malajr mal-grids Ewropej

  • Set 20, 2012 13:44
  • Miktub minn

    Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija li kien mikxuf fl-aħħar jiem, juri kif il-pajjiżi Ewropej qegħdin ikunu mħeġġin biex iħaffu fil-konnessjonijiet mal-grids tal-elettriku u l-gass.

    Fil-fatt, fost il-pajjiżi li jiġu mħeġġin biex iħaffu tissemma Malta, flimkien mal-Estonja, il-Litwanja, il-Latvja, Ċipru, Spanja u l-Portugall li fir-rapport qed jingħad li huma “gas islands” għax għad m’għandhomx biżżejjed konnessjonijiet strutturali mal-kumplament tal-Unjoni Ewropea. Sal-lum Malta għad m'għandha l-ebda konessjoni mal-grid Ewropew u l-gvern qiegħed jaħdem fuq il-proġett tal-interkonnekter ma' Sqallija. Għalkemm dan ix-xogħol waqa' lura b'diversi snin.

    Barra minn hekk, dan ir-rapport jiffoka wkoll u b’aktar serjet fuq id-dipendenza minn fornitur wieħed f’pajjiżi bħas-Slovakkja, il-Bulgarija, l-Ungerija u r-Rumanija.

    Wara l-kriżi tal-gass bejn ir-Russja u l-Ukrajna, l-Unjoni Ewropea ħadet numru ta’ miżuri biex tiżgura li l-pajjiżi individwali jkun mqabbdin aħjar u jkunu inqas vulnerabbli f’każ li jkun nuqqas ta’ provvista min-naħa tar-Russja. Minkejja dan, ftit snin wara jidher li sar mill-inqas minkejja l-fondi li hemm.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Set 21, 2012

    ma nifilhux naqaw iktar ghac cajt mal pajizi tal ewropa mella lewel nofqu il flus biex nibnu powerstation li mhux sostenibli ghal pajijzna umbad tigi il ue u tridna naqbdu maha ghal fejn dal hela ta flus

    Irrispondi