Pulizija jsofri ġrieħi ‘ħfif għalkemm serji’ f'Tas-Sliema

  • Ott 26, 2014 12:29
  • Miktub minn
"

    Kuntistabbli tal-Pulizija sofra ġrieħi “ta' natura ħafifa għalkhemm serji” waqt li kien aggrediet lbieraħ, għall-ħabta tas-19.00. Il-Pulizija kien qed jiprova jwaqqaf sewwieq li kien qed issuq b’mod perikoluż.

    Il-Pulizija ikkonfermat kif waqt li kienu fuq patrol fix-Xatt ta' Tigne', f'Tas-Sliema innutaw sewwieq li kien qed isuq vettura b'mod perikoluż fejn saħansitra kien qed jaqbeż diversi vetturi.

    Il-Pulizija waqfet lir-raġel minnufih iżda s-sewwieq beda jsir aggressive, għalhekk ġiet mitluba aktar assistenza min-naħa tal-Għassa ta' Tas-Sliema. Ir-raġel ġie mitlub sabiex jagħmel test tal-breathelyser iżda dan irrifjuta, hekk kif Surġent mara tat struzzjonijiet lir-raġel li huwa ma setgħax ikompli jsuq il-vettura, ir-raġel beda jagħjjar lis-Surġent bi kliem dispreġġjattiv u jheddida bil-familjari tagħha.

    Ir-raġel ġie arrestat u hekk kif il-Pulizija kienet qed takkumpanjaħ fuq wara tal-vettura tal-Korp huwa prova jiftaħ il-bieba sabiex joħroġ u beda jagħti bis-sieq lix-xufier u jħabbat rasu mal-ħġieġ tal-vettura. Ir-raġel kompla bl-għaġir tiegħu fejn saħansitra beżaq demm lejn it-tliet membri tal-Korp u gidem lil wieħed mill-Kuntistabbli. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika peress li kellu parti minn idejħ li ġiet imċarrta.

    Ir-raġel qed jiġi miżmum għall-aktar stħarriġ.

    L-Aġent Kummissarju, is-Sur Raymond Zammit, stqarr li mhuwiex ser jittolera aktar vjolenza kontra l-Pulizija waqt il-qadi ta' dmierijithom. Is-Sur Zammit jappella ukoll, u dan fid-dawl ta' filmat li għaddej fuq is-social media, li konfronti minn persuni barranin kontra l-Pulizija ukoll mhumiex se jiġu aċċettati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    4