Cookie Bars

  • Ott 26, 2014 11:59
  • Miktub minn

    Ingredjenti għal madwar 24 cookie bar

    żewġ kikkri galletini digestive, midħuna

    nofs kikkra dqiq

    nofs kuċċarina baking powder

    nofs kikkra butir artab

    nofs kikkra zokkor ismar

    100g tamal mqatta'

    100g ġewż

    nofs kuċċarina vanilla

    nofs kikkra ċikkulata skura mqatta'

    tliet bajdiet imħabbtin

    mgħarfa ilma

    Metodu

    Ħallat il-galletini, d-dqiq u l-baking powder.

    Fi skutella separata ħallat il burir, iz-zokkor. Żid il-bajd u l-vanilla.

    Żid id-dqiq, tamal u l-ġewż. Żid l-ilma u jekk hemm bżonn żid mgħarfa oħra biex il-konsistenza tiġi lixxa.

    Itfa' t-taħlita f'dixx ta' 9". Irranġa l-wiċċ tat-taħlita b'mgħarfa biex jiġi ċatt.

    Sajjar f'forn moderat f'temperatura ta' 170 grad celsuis għal 20 minuta sakemm jieħdu l-kulur.

    Oħroġ mill-forn u ħalli kollox jiksaħ.

    Dewweb iċ-ċikkulata skura.

    Iksi l-wiċċ biċ-ċikkulata mdewba u meta tiksaħ qatta' l-kejk f'24 cookie bars.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0