Muscat jikkonferma li l-ittra ta’ garanzija għas-Solarig ma setgħetx toħroġ… il-bank ma kellux poter legali

  • Ott 26, 2014 12:00
  • Miktub minn
"

    Waqt li indirizza folla f' Ħaż-Żabbar il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li dan il-gvern qed jistinka għat-trasparenza u ġustizzja fil-pajjiż. Hu tkellem dwar il-każ tal-kuntratt tal-panelli fotovoltajiċi fejn spjega li l-Bank Bancaja, li xtara lil bank li suppost ħareġ l-ittra ta’ garanzija mhux iffirmata, ikkonferma li din l-iitra ma setgħet qatt toħroġ hekk kif il-bank kien diġà mixtri u għalhekk ma kellu l-ebda poter li jiggarantixxi għal-likwidità finanzjarja tal-kumpanija SOLARIG.

    Il-Prim Ministru spjega kif bħala parti mill-investigazzjoni tal-gvern dwar l-għoti tat-tender lil kumpanija Solarig l-MFSA, ir-regolatur finanzjarju lokali, bagħat ittra lill-Bank Bancaja sabiex jivverifika l-awtentiċità ta’ din l-ittra li ma kinietx iffirmata. Huwa qara t-tweġiba tal-bank li saħaq li minn barra riservi oħra l-awtentiċità tal-ittra ma tistax tiġi vverifikata hekk kif din mhux iffirmata. Barra minn hekk anke li kieku din kienet iffirmata, il-bank ma setax joħroġ tali dokument hekk kif il-bank kien mixti mill-grupp Bancaja u għalhekk kellu jkun hu li jivverifika il-likwidità finanzjarja tal-kumpanija Solarig.

    Dan il-kuntratt saħaq Muscat, bir-rata ta’ feed-in tariffs għoljin ħafna, se jfisser spiża ta’ miljuni ta’ ewro li jħallas għalihom il-poplu. Issa għandha l-provi, żied Muscat, li din l-ittra li l-Oppożizzjoni qed tappoġa ma setgħetx toħroġ, l-investigazzjoni issa ser tgħaddi f’idejn il-Pulizija sabiex issib lil dawk responsabli.

    Dan, qal Muscat jagħti prova ċara oħra dwar il-bżonn urġenti għall-liġi dwar il-finanzjamenti ta’ partiti politiċi. Malta jibqa' l-unika pajjiż f’Ewropa ċiviliżata li m’għandix liġi smili, liġi li minkejja t-tkaxkir tas-saqajn minn naħa tal-Oppożizzjoni l-Gvern hu kommess li jdaħħal mill-aktar fiss possibbli sabiex iżżid it-trasparenza f’pajjiżna.

    Dwar id-diskussjoni li għaddejja bħalissj fuq il-kumpens għall-għoli tal-ħajja li mistenni ikun €0.58 huwa spjega kif din ma tiġix deċiża mill-gvern iżda minn sistema li waslu għal qbil dwarha l-unjins u employers. Din mhux biżżejjed, stqarr Muscat, iżda irridu nżommu f’moħħna li din mhux żieda iżda kumpens, il-fatt li din is-sena l-COLA hi baxxa jirrifletti li l-għoli tal-ħajja ma kienx għoli bħas-snin ta qabel. Muscat stqarr li f’sena u nofs dan il-Gvern naqqas l-għoli tal-ħajja biex jersaq iktar lejn il-medja Ewropea, meta l-Oppożizzjoni tiftaħar li fil-passat il-COLA kienet għola hu qed jiftaħar li l-ħajja kienet qed tgħola f’rata akbar, żied il-Prim Ministru.

    Muscat għamel ukoll referenza għall-proposti mill-Oppożizzjoni għall-baġit. Huwa stqarr li l-Oppożizzjoni ħarġet biss bi proposta waħda, dik li tgħola l-bolla fuq il-pagi u jonqsu l-flus fil-bwiet tan-nies. Fit-tieni kwart ta’ din is-sena dan il-gvern irnexxilu jżid il-purchasing power tal-poplu bi €8.70 fil-ġimgħa u dan minħabba r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-istabiltà fil-prezzijiet tal-fjuwils u gass.

    Dan kollu mhux biżżejjed, stqarr Muscat u għalhekk dan il-baġit ser jaħdem biex ikun wieħed ġust li jnaqqas id-dipendenzi u jżied l-opportunitajiet fl-edukazzjoni, iżżid l-opportunitajiet għal persuni vulnerabbli bħal persuni diżabbli li jridu jintegraw ruħhom fil-qasam tax-xogħol, għall-familja u anzjani.

    Hu tkellem ukoll dwar il-laqgħa li kellu fuq livel Ewropew dwar is-settur tal-enerġija, filwaqt li assigura li l-impjant tal-enerġija l-ġdid se jsir qal li "l-politika tal-gvern f’dan il-qasam se tkun tfisser li d-dħaħen fil-pajjiż se jonqsu b''1.2 miljun tunnellati. "Għandna żewġ problemi oħra li huma t-traffiku fosthom dħaħen minn karozzi li m'humiex ta' livell. Hemm problema ukoll bis-sistema tal-arja kundizzjonata, li dawn fihom ċerti gassijiet li issa jridu jinbidlu. Kif kien hemm skemi ta' bdil fil-passat, issa jrid ikun hemm skemi ta' bdil ta' apparat tal-arja kundizzjonata għax dawn qed jitfgħu gassijiet mhux tajbin fl-arja. Din hi sfida li ma nistgħux naħarbu minnh.a," żied Muscat

    Hu ddikjara li se jkollna sinjal pożittiv ħafna mill-Unjoni Ewropea dwar il-baġit li huwa wieħed realistiku. Fil-baġit il-gvern se jkun jista' jwettaq it-tieni parti tal-programm elettorali.

    Muscat saħaq li l-ekonomija miexja l-quddiem hekk kif qed tingħaqad il-koalizzjoni bejn min jaħdem u min iħaddem. Dan il-Gvern qed jieħu attitudni li qed jiftaħ għan-negozju u jnaqqas il-burokrazija fejn issa r-regolamenti dwar it-tenders saru aktar sempliċi. Qed nagħmluha aktar faċli li kumpaniji żgħar jidħlu għal kuntratti tal-gvern. “Din il-ġimgħa kellna konferma kemm is-settur privat qed jirrispondi u dan hekk kif 11-il konsorzju urew l-interess għall-kumpless tal-White Rocks. Qed naħdmu kontra l-burokrazija, fejn se nħabbru inizjattiva ġdida biex ikollna inqas burokrazija", sostna l-Prim Ministru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    12