Persuna transesswali fil-konvenzjoni tal-PN: “Astensjoni oħra mhix għażla”

  • Ott 25, 2014 12:52
  • Miktub minn Albert Gauci Cunningham
"

    Waqt il-Konvenzjoni tal-Partit Nazzjonalista li kompliet dalgħodu, Alex Mangion, persuna transgender, wera t-tama li fl-Att dwar il-Ġeneru (Gender Identity Bill), li se jkun qed jitressaq għall-vot fil-Parlament, il-PN ma jerġax jastjeni, bħalma għamel fil-vot dwar l-Unjoni Ċivili. “Jien tad-demm u l-laħam. Meta tiġi l-Gender Identity Bill, astensjoni oħra mhix għażla,” sostna Mangion.

    Huwa spjega kemm kien ibbuljat fl-iskola u kemm kellu problemi kull darba li seta' kellu bżonn affarijiet mill-aktar bażiċi. Kompla jgħid li bl-Att dwar il-Ġeneru “ħajjitna tinbidel għax ma jkollniex għalfejn nistaħbew. Jien ma tlabtx biex insir hekk; in-natura għamltini hekk. Kunu konxji minnha u nitlobkom li tifmhuna biex ngħixu ħajja aħjar. Ninsab ċert li se tgħinu biex ikollna drittijiet aħjar,” temm jgħid Mangion għall-aprovazzjoni ta’ dawk preżenti.

    F’intervent ieħor li sar dwar l-ugwaljanzi, il-Viċi Dekan tal-Fakultà tas-Tisħiħ fis-Soċjetà, Jacqueline Azzopardi, sostniet li “m’għandna niġġudikaw lil ħadd” u tkellmet diversi drabi dwar is-separazzjoni tal-Istat u l-Knisja. "X’nixtieq mill-PN?" staqsiet Azzopardi. “Li l-partit jiftaħ għajnejh għar-realtajiet tal-lum. Ma nistennewx li l-Knisja taġġorna l-pożizzjoni tagħha biex naġġornaw tagħna. Tafu kemm hawn nies fil-PN stess li huma omosesswali?” staqsiet Azzopardi. “X’nixtieq? Li l-PN ikun il-bidla u l-katalista fil-pajjiż.”

    Meta tkellmet waqt l-istess konvenzjoni Amy Zahra qalet li kien l-obbligu tagħha li tagħti sehemha f’dan is-settur. Filwaqt li fakkret fil-50 sena anniversarju minn meta Malta saret indipendenti, fakkret ukoll kif sa 50 sena ilu persuni b’diżabilità ftit li xejn kienu jidhru fis-soċjetà u li kien għad hemm il-fehma li persuna b’diżabilità ma kellha l-ebda valur. Zahra qalet li fortunatament din bdiet tinbidel grazzi għall-Knisja, primarjament, kif ukoll għall-PN, li waqqaf il-Kunsill Nazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità (KNPD), li permezz tiegħu l-pajjiż beda jitkellem dejjem aktar dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità.

    Hija kompliet tgħid li għad fadal ħafna xi jsir fid-dawl ta’ ostakli kbar u sfidi li jiltaqgħu magħhom persuni li jiffaċċjaw xi forma ta’ diżabilità f’ħajjithom. “Persuna b’diżabilità għandha d-dritt ta’ familja u d-dritt li ssemma' leħinha. Biex min qiegħed fil-periferija tas-soċjetà jsir parti integrali minnha,” kompliet tgħid Zahra, filwaqt li ħeġġet lill-PN biex isaħħaħ il-politika tiegħu favur persuni b’diżabilità.

    Noami Bugre tkellmet dwar l-importanza ta’ soċjetà aktar multikulturali u l-importanza li d-differenzi kulturali jkunu ċċelebrati kemm fl-użanzi kif ukoll fl-istil ta’ ħajja, l-ikel u fl-edukazzjoni. Dwar dan l-aħħar punt Bugre qalet li meta l-kulturi jingħaqdu “toħoloq sens ta’ unità".

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    28