Wirja u Open Day f’Palazz Kastellanija

  • Ott 24, 2014 17:36
  • Miktub minn
"

    Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa, Heritage Malta u r-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, qed jorganizza esebizzjoni u open day fil-Palazz Kastellanija fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew dwar il-Ġustizzja.

    Il-Palazz Kastellanija kien inbena mill-Granmastru Pinto biex jservi ta’ Qorti. Fil-fatt hawnhekk insibu l-iskultura li bosta drabi tintuża meta wieħed jirreferi għal Qrati: dik ta’ Astrea (Lady Justice),.

    Din is-sena l-Ministeru tella’ esebizzjoni ddedikata għall-mibki Prim Imħallef Emeritu Hugh Harding li ħalla din il-ħajja din is-sena. Din l-esebizzjoni flimkien ma’ tours gwidati tal-Palazz Kastellanija ser jinfetaħ għall-pubbliku nhar is-Sibt 25 ta’ Ottubru bejn id-9 ta’ filgħodu u s-6 ta’ filgħaxija. It-tours gwidati ser isiru kull siegħa u ser jinkludi tours għal partijiet li normalment ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0