5.4% tal-istudenti Maltin bi bżonnijiet edukattivi speċjali

  • Lul 10, 2012 13:52
  • Miktub minn Sammy Sammut

    Minn rapport li għadu kemm kien ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea jirriżulta li tfal u adulti bi bżonnijiet edukattivi speċjali għadhom m'humiex qegħdin jinqdew sew minn sistemi ta' edukazzjoni inklussiva.

    Ir-rapport jenfasizza varjazzjoni wiesgħa bejn l-Istati Membri dwar kif tfal bi bżonnijiet speċjali huma identifikati, kif ukoll jekk humiex imqiegħda fi skejjel tradizzjonali jew skejjel speċjali. Pereżempju, fi Flanders (il-Belġju), 5.2% tal-istudenti bi bżonnijiet speċjali huma segregati fi skejjel speċjali, filwaqt li fl-Italja il-perċentwal huwa 0.01% biss.

    Fil-każ ta' Malta jintqal li mill-għadd ta' studenti f'edukazzjoni obbligatorja, li jammonta għal 48,594, hemm 2,645 student jew 5.4% li għandhom bżonnijiet edukattivi speċjali. L-għadd ta' studenti fi skejjel speċjali segregati jammonta għal 137 jew 0.3% tat-total tal-popolazzjoni tal-istudenti, waqt li 13-il student (0.03%), huma fi klassijiet speċjali segregati.

    “Irridu nsaħħu l-isforzi tagħna biex nipprovdu politika tal-edukazzjoni inklussiva adegwatament iffinanzjati jekk irridu ntejbu l-ħajja tat-tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali u adulti b'diżabiltà. Wasal iż-żmien li jitwettqu dawn l-impenji li saru. L-edukazzjoni inklussiva mhix għażla extra; hija ħtieġa bażika. Għandna npoġġu dawk l-aktar vulnerabbli fil-qalba tal-azzjonijiet tagħna biex niksbu ħajja aħjar għal kulħadd,” qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook