Direttur Franciz jiftah is-serje ta’ kuncerti tal-Orkestra Filarmonika

  • Ott 23, 2014 10:53
  • Miktub minn

    Is-serje ta’ kunċerti mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ġewwa it-Teatru Manuel tibda nhar il-Ġimgħa 31 t’Ottubru, b’kunċert immexxi mid-direttur Franciż ta’ fama internazzjonali Jean Marc Burfin, u il-pjanista Maltija Charlene Farrugia bħala is-solista mistiedna.

    Charlene Farrugia hija meqjusa bħala waħda mill-aqwa pjanisti minn Malta. Ta’ tlettax il-sena, Charlene kienet l-iżgħar soloista li daqqet flimkien mal-Orkestra Nazzjonali ġewwa t-Teatru Manuel. Minn dak iż-żmien l’ hawn, hija daqqet f’bosta kunċerti oħrajn mal-Orkestra, fejn l-aktar xogħol riċenti kien il-kunċert numru erbgħa ta’ Ravel taħt id-direzzjoni ta’ Brian Schembri.

    Jean Marc Burfin huwa id-direttur artistiku u mużikali tal-Lisbon Academy Metropolitan Orchestra, kif ukoll għalliem ġewwa in-National Superior Orchestra Academy ġewwa Lisbona. Huwa kien wieħed mil-finalisti fil-kompetizzjoni internazzjonali ferm prestiġġuża ta’ Besanċon kif ukoll rebbieħ tal-premju tal-Moscow Radio-Television Symphonic Orchestra. Mro Burfin idderieġa bosta orkestri prestiġġużi fosthom l-Orchestra of Paris, il-Concerts Colonne Orchestra, il-Philharmonic Orchestra ta’ Brandenburg, kif ukoll St Petersburg Capella Orchestra fost oħrajn.

    Il-kunċert jiftaħ bil-Hungarian Sketches ta’ Bartok, li il-kompożitur innifsu kien iddeskriva bħala ‘ xogħol ferrieħi, u li se jinżel tajjeb ferm mal-pubbliku’ ......... kif fil-fatt ġara. It-tieni xogħol għal din is-serata huwa l-Piano Concerto for the Left Hand ta’ Ravel. Dan ix-xogħol kien ikkummisjonat minn Paul Wittgenstein li kien tilef idu il-leminija waqt il-gwerra fl-1914. Is-Sinfonija numru 8 ta’ Dvorak tgħalaq is-serata, xogħol li nkiteb fl-1889 fl’okkażjoni tal-ħatra tal-kompożitur stess fi ħdan il-Bohemian Academy of Science, Literature and Arts.

    Il-kunċert tal-Ġimgħa 31 t’Ottubru jibda fit-tmienja ta’ fil-għaxija. Il-biljetti jistgħu jinkiżbu minn www.teatrumanoel.com.mt, bookings@teatrumanoel.com.mt jew cemplu 2124 6389.

    Għal aktar informazzjoni żuru is-sit www.maltaorchestra.com.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0