B'talba ġenerali... rappreżentazzjoni oħra tas-satira politika ‘PoliTIRA’

  • Ott 23, 2014 10:35
  • Miktub minn

    B’talba ġenerali, il-kumpanija teatrali Mediteatru se tagħmel rappreżentazzjoni oħra tas-satira politika oriġinali bil-Malti ‘PoliTIRA’ nhar il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru.

    Dan ix-xogħol teatrali huwa ambjentat fl-eqqel ta’ kampanja elettorali. Dr. Shawn Balzan huwa Ministru popolari ħafna, iżda l-possibiltà li jerġa’ jkun elett ixxellfet minn vidjo klip kompromettenti dwaru. Kollox iħoll u jorbot fuq kemm se jirnexxielu jżomm kollox mistur, speċjalment mill-avversarji politiċi tiegħu.

    F’dan ix-xogħol miżgħud b’sitwazzjonijiet komiċi, apparti l-Ministru Balzan, hemm sitt karattri oħra. Kollha bi storja interessanti! Bħal, per eżempju, Dr. Agnes Borg, li hija l-ewwel Prim Ministru mara ta’ Malta. Dr. Borg tinqala’, imma se jirnexxielha twassal il-Partit Soċjal Liberali għal rebħa elettorali oħra? Jew in-nies sejrin jippreferu l-Partit Konservattiv din id-darba, immexxi mill-kap il-ġdid tiegħu Dr. Michel Decelis? Kemm huwa importanti Joe Falzon għall-Ministru Balzan? X’inhi l-aktar memorja kerha ta’ Ben Balzan? Għalfejn l-intervistà ta’ Nicole Borg issorprendiet lill-Prim Ministru? U Jessica Ciantar se jirnexxielha tkompli l-istudji tagħha fl-Ingilterra? Iżda, fuq kollox, min kien il-moħħ wara dik il-vidjo klip kompromettenti dwar il-Ministru Balzan?

    Is-satira politika oriġinali PoliTIRA għandha kitba u direzzjoni ta’ Keith Borg. Jieħdu sehem atturi stabbiliti bħal Moira Muscat, Carlos Farrugia, Aldo Zammit u Mariano Said, u atturi oħrajn emerġenti b’futur sabiħ quddiemhom bħal Kurt Pawley, Kelly Peplow u Lara Borg Vella. Dan ix-xogħol jgħodd għal dawk li għandhom mill-inqas 16-il sena u li jixtiequ jaraw biċċa xogħol teatrali divertenti u li tħares mill-qrib lejn is-soċjetà Maltija.

    PoliTIRA se tittella’ ġewwa l-Isplendid (Strada Stretta), is-Sibt, 25 u l-Ħadd, 26 ta’ Ottubru fit-8 ta’ filgħaxija. Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn ticketline.com.mt.

    Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur ‘Mediteatru’ fuq Facebook.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0