Għaġin bil-ħwawar, brunġiel u ġbejna friska

  • Ott 22, 2014 10:29
  • Miktub minn

    Ingredjenti għal erba' pesruni:

    brunġiela mqatta'

    żewġ bottijiet tadam jew 8 friski

    mgħarfa kunserva

    ġbejna friska mqatta' kwadra

    nofs mgħarfa żejt

    sinna tewm maħkuka

    mgħarfa ħabaq frisk mqatta'

    mgħarfa nagħniegħ frisk mqatta'

    mgħarfa tursin mqatta'

    nofs kuċċarina nagħniegħ niexef

    ftit bżar u melħ

    Metodu

    Itfa' ż-żejt f'taġen u sajjar il-brunġiel.

    Żid it-tewm u t-tadam, żid ftit melħ u bżar u ħalli z-zalza itektek fuq nar baxx għal 15-il minuta.

    Żid il-kunserva, sajjar għal ħames minuti. Neħħi min fuq n-nar u żid il-ħwawar. Ħawwad.

    F'borma għalli l-għaġin u x'ħin ikun lest ħalltu maz-zalza tal-brunġiel. Itfa' l-biċċiet tal-ġbejna friska fil-wiċċ u żejjen bin-nagħniegħ jew ħabaq. Servi.

    Riċetta ta' Lea Hogg

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook