Fenek bil-bużbież

  • Ott 24, 2014 21:29
  • Miktub minn

    Din ir-riċetta qasamha miegħi x-chef Andrew Borg.

    Għal erba' persuni jkollok bżonn:

    Loin tal-laħam tal-fenek - itlob lil tal-laħam biex jipprepara dan għalik u kkalkula loin għal kull persuna

    20 ml żejt taż-żebbuġa għal kull porzjon

    kuċċarina għasel - lili personali togħġobni ħafna t-togħma tal-għasel tas-sagħtar lokali iżda kwalunkwe għasel huwa tajjeb

    10g sagħtar frisk, imqatta fin (jekk dan ma jkunx disponibbli uża sagħtar niexef),

    2g bużbież imfarrak

    melħ

    Metodu

    Idlek il-laħam tal-fenek b'nofs iż-żejt taż-żebbuġa u żid ftit melħ.

    Rembel il-loin u kebbibha fl-istretch and seal.

    Għalli l-ilma ġo kazzola u baxxi n-nar. Itfa' l-pakett tal-laħam fl-ilma jagħli għal 12-il minuta, erfgħu minn ġol-kazzola u itfa' l-loin fi skutella mimlija bl-ilma bis-silġ.

    Ipprepara glaze bit-taħlita tal-għasel, sagħtar u żrieragħ tal bużbież imfarrak.

    Saħħan taġen li ma jwaħħalx biż-żejt taż-żebbuġa li jifdal, neħħi l-laħam mill-istretch and seal u aqli l-laħam sakemm il-wiċċ isir kannella mad-dawra kollha

    Ferra' t-taħlita tal-għasel u bużbież f'taġen mal-fenek.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook