Wirja permanenti ta' xogħlijiet ta' Pasmore

  • Ott 21, 2014 13:09
  • Miktub minn

    Il-Bank Ċentrali ffirma ftehim kollaborattiv mal-Victor Pasmore Foundation biex fil-Polverista Conference Hall tibda ssir wirja permanenti ta' xogħlijiet tal-pittur astratt Victor Pasmore.

    L-iffirmar ta' dan il-ftehim sar bejn l-Professur Josef Bonnici bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta u l-Professur Richard England u Dr David Tonna f'isem il-Victor Pasmore Foundation.

    Preżenti għal din iċ-ċerimonja, li saret fil-Polverista Conference Hall stess, kien hemm ukoll bint Victor Pasmore, Wendy.

    Il-wirja se tibda nhar it-3 ta' Novembru li ġej. Il-pitturi li se jkun esebiti se jinbidlu minn żmien għal żmien.

    F'diskors li għamel, il-Perit Richard England qal li sar jaf lil Pasmore fis-snin sittin, meta għall-ewwel darba kien ġie Malta. Il-Perit England qal li, “L-ewwel diskursata li kelli miegħu kienet dwar id-disinn tal-Knisja tal-Manikata li kont għamilt.”

    Huwa ddeskriva lil Victor Pasmore bħala artist astratt, li permezz tal-pittura tiegħu esprima l-aktar il-libertà suġġettiva. Qal li Pasmore, permezz tal-pittura tiegħu, kien jesprimi ruħu dwar temi kontradittorji, fosthom ir-reliġjon u x-xjenza.

    Qal li Victor Pasmore, ħalla wirt kbir ta' arti fil-gżejjer Maltin. “Fil-fehma tiegħi, Pasmore fis-seklu 20 ħalla l-istess legat fuq l-arti Maltija bħalma ħallew artisti kbar oħrajn bħal Caravaggio u Mattia Preti,” qal il-Perit Richard England.

    Min-naħa l-oħra, Dr David Tonna qal li din il-Fondazzjoni, li twaqqfet fl-2012, għandha l-għan li tkompli tesponi t-talent ta' Pasmore.

    Għamel intervent ukoll ir-raġel ta' Wendy Pasmore, li qal li Victor Pasmore kien iħobb ħafna lil Malta u lill-kultura tagħha. Qal li l-familjari huma grati li f'din is-sala se jkunu esebiti x-xogħlijiet tiegħu.

    L-aħħar diskors sar mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, Josef Bonnici, li qal li l-Bank Ċentrali għandu numru ta' xogħlijiet ta' Pasmore fil-kollezzjoni tiegħu. Żied jgħid li l-Bank Ċentrali huwa kburi li se jospita l-Victor Pasmore Gallery fil-bini tiegħu.

    “L-idea tagħna kienet li jkollna xi ħaġa li tibqa'. Għall-bidu ħsibna li f'din is-sala jkollna kunċerti tal-mużika. Jien il-mużika nħobbha ħafna, madankollu meta jkollok wirja bħal din se tibqa'. Il-ħsieb tagħna huwa li l-pitturi esebiti jinbidlu minn żmien għal żmien,” qal il-Professur Bonici.

    Fi tmiem il-konferenza stampa ġie ffirmat il-ftehim bejn il-Professur Bonnici, il-Perit Richard England u Dr David Tonna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook