Deal Today    Home Finder    myCard    



Il-par idejn sodi t-tmun ma jitilquhx f'nofs triq - PM

  • Set 19, 2012 22:02:40
  • Miktub minn

    Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li par idejn sodi t-tmun ma jitilquhx f'nofs triq. Huwa qal dan meta kien qiegħed iwieġeb il-mistoqsijiet ta' tliet ġurnalisti taħt it-tinda fuq il-Fosos tal-Floriana. Id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru kienet maħsuba biex ixejjen għidut li se jkun qiegħed iħabbar li wara l-elezzjoni se jirriżenja mit-tmexxija tal-PN.

    Bħal ma jiġri ta' kull sena għal din l-intervista telgħet folla kbira ta' nies. Folla li laqgħet lill-ġurnalista ta' ONE, Charlon Gouder, b'ibbuwjar u li kellha entużjażmu kbir mal-wasla tal-Prim Ministru. Minbarra Charlo Gouder intervistaw ukoll lill-Prim Ministru Kurt Sansone mit-Times of Malta u Matthew Vella mill-Maltatoday. Din kienet l-aħħar attivit taħt it-tinda qabel il-mass meeting ta' għada.

    Meta kien qiegħed iwieġeb mistoqsija dwar l-inċertezza fil-pajjiż minħabba l-instabbilit fill-Partit Nazzjonalista, Lawrence Gonzi qal li l-problemi interni fil-Partit Nazzjonalista huma fatt li ma jistax jaħrab minnu. “Għexna din ir-realt għal erba' snin sħaħ, il-leġiżlatura kważi lesta, il-maltemp kollu affaċjanih, il-baġits kollha għaddejnihom, il-postijiet tax-xogħol ħloqnihom, pajjiżna baqa' pajjiż stabbli u ġibna r-riżultati u d-deċiżjonijiet li kellna nieħdu ħadnihom,” żied Gonzi.

    It-tliet ġurnalisti għamlu referenza għad-diżgwid intern li ħolqu fil-Partit Nazzjonalista d-deputati Nazzjonalista Franco Debono u d-deputat indipendenti Jeffery Pullicino Orlando. Min-naħa tiegħu Lawrence Gonzi ammetta li kien hemm diżgwid intern għalkemm qatt ma rrefera għal dawn id-deputati b'isimhom.

    “Iva kien hemm diżgwid, għal kważi ħames snin, imma allavolja kien hawn dan id-diżgwid u kellna maltemp minn barra u minn ġewwa araw ir-riżultati li ġibna avvolja kien hemm dak il-maltemp, id-defiċit qiegħed taħt it-3 fil-mija, ir-rata ta' qagħad f'Malta hija fost l-aħjar ħamsa fl-Unjoni Ewropea, is-servizzi soċjali huma fost l-aqwa, l-edukazzjoni kienet b'xejn, għadha b'xejn u tibqa' b'xejn. F'ħames snin investejna l-miljuni, filwaqt li għal erba' snin wara xulxin ksibna rekord wara ieħor fit-turiżmu. Jekk għamilna dan kollu fil-maltemp, aħseb u ara x'nistgħu nagħmlu fil-bnazzi,” rrisponda l-Prim Ministru.

    B'referenza għad-domanda tal-ġurnalist tat-Times fuq jekk il-Prim Ministru hux lest li jissagrifika lill-Ministru Joe Cassar ukoll f'din il-leġiżlatura, Gonzi qal li l-Minsitru Cassar m'għandux bżonn ċertifikati s-sistema tas-saħħa li hija mudell għall-bqija tal-pajjiż hija prova biżżejjed.

    Il-Kap tal-PN irringrazzja lill-eks Ministru Carmelo Mifsud Bonnici u lil Richard Cachia Caruana għax-xogħol li għamlu għal Malta filwaqt li qal li hu għandu, kellu u jibqa' jkollu fiduċja fihom.

    “Fuq il-mistoqsija ta' mozzjoni oħra, jekk inkun iffaċċjat b'mozzjoni oħra, meta jasal il-mument ngħidlek,” qal Gonzi lill-ġurnalist tat-Times.

    Għall-mistoqsija tal-ġurnalist ta' ONE News jekk kienx hemm deċiżjonijiet tul din il-leġiżlatura li jidispjaċih li ħa, il-Prim Ministru qal li ma jiddispjaċihx jara lil pajjiż miexi 'l quddiem. “Kieku kelli nreġġi l-arloġġ lura, kieku waqa' u kiser siequ,” qal Gonzi fost l-għajat u ċ-ċapċip tal-folla preżenti.

    "Żwieġ bejn mara u raġel"

    Il-Kap tal-PN qal li l-maturit politika hija avvanzata f'Malta u li hi baħar differenti minn kif kienet issir taħt gvernijiet laburisti. “Illum tajna iżjed drittijiet, imxejna ħafna, xtaqt li nimxu iżjed jekk alla jrid nimxu iżjed f'leġiżlatura oħra,” kompla Gonzi.

    Meta l-Prim Ministru kien mistoqsi minn Kurt Sansone dwar il-liġi tal-koabitazzjoni, u jekk il-PN hux se jdaħħal id-dritt taż-żwieġ għall-persuni tal-istess sess, instema' ibbujjar kbir minn dawk preżenti taħt it-tinda.

    Il-Kap tal-PN filwaqt li talab lil dawk preżenti biex ikunu aktar sensittivi għall-emozzjonijiet u s-sentimenti ta' kulħadd qal li għalih iż-żwieġ huwa bejn mara u raġel. Din ir-risposta kienet milqugħa minn ħafna ċapċip fost l-udjenza preżenti.

    Il-Prim Ministru spiċċa d-diskussjoni tal-lum b'messaġġ lill-kandidati Nazzjonalisti għall-elezzjoni li jmiss fejn qalhom biex ikomplu jaħdmu flimkien u biex jgħaddu l-messaġġ li l-PN qiegħed hemm biex isservi lill-poplu.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Set 19, 2012

    Qal ukoll li l-ligi tal-koabita

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 20, 2012

    Ghadu ma jafx x'effet kellu l-kliem ta' fiducja fil-ministru tas-sahha u c-capcip tan-nies presenti. Min ghandu x'jaqsam mal-Mater Dei zgur ma hax

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    KIF JISTA JKUN IKOLLNA FIDUCJA F'GONZI U L'KLIKKA META KULL MA JMUR IL PAGA DEJJEM TITNAQAR FUEL GASS ISA IL HOBZ

    Irrispondi

It-Temp

SUNNY
30℃
26/07/2016 02:05

  •  

Facebook