Xkunvat

  • Ott 18, 2014 17:48
  • Miktub minn

    Mhiex diffiċli biex tagmilhom, imma għandek bżonn il-ħin.

    Ingredjenti biex tagħmel bejn 20 u 25

    200g dqiq,

    40g xaħam

    40g zokkor

    erba’ qatriet assenza tal-vanilla

    żewġ bajdiet

    mgħarfa u nofs aniżetta

    Metodu

    Ħallat id-dqiq u x-xaħam u fi skutella oħra, itfa’ z-zokkor, il-bajd, il-vanilla u l-aniżetta u ħallat mad-dqiq u x-xaħam sakemm tifforma l-għaġina.

    Agħttiha u wara kwarta li fiha tkun ħallejtha toqgħod, iftaħ l-għaġina b’lembuba u pprova żommha f’forma kwadra. Qattagħha fi strixxi. Kull strixxa għamilha f’forma ta’ għoqda jew ċoff.

    Ixgħel il-fryer ħallih jisħon sa temperatura 175 grad celsuis. Tella’ borma żgħira biż-żejt mhux għoli ħafna u kif jagħli ibda aqli sakemm jiġu lewn id-deheb.

    Wara ferrex fuqhom ftit għasel u lewż imfarrak. Jien inżidilhom ukoll ftit konfettura.

    Dawn m’għadekx tarahom ta’ spiss fil-ħwienet ħlief forsi għall-ħabta tal-Milied u l-Għid.

    Riċetta ta' Lea Hogg

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook