Blalen tal-enerġija

  • Ott 18, 2014 14:37
  • Miktub minn

    Din ir-riċetta ma fihiex zokkor u tajba għal dawk li għandhom bżonn isewgu dieta bla glutina.

    Għal erba' persuni għandek bżonn:

    żewġ kikkri tamal

    żewġ kikkri coconut

    Kikkra pruna niexfa

    Kikkra tin niexef

    1/2 kikkra pasolina

    1/4 kikkra ġunġlien

    żewġ mgħaref għasel

    1/2 kikkra lewż

    1/2 kikkra ħalib tal-lewż (almond milk),

    Biex trembel il-blalen:

    għandek bżonn żewġ kikkri ġunġlien u żewġ kikkri coconut

    Metodu:

    1. Qatta' l-ingredienti kollha.

    2. Ħallat kollox f'bieqja u ħawwad kollox sew flimkien bl-għajnuna ta' food processor.

    3. Uża mgħarfa biex trembel il-blalen b'idek.

    4. Iksi żewġ dixxijiet bil-karta għall-forn. Jiena għamilt nofs it-taħlita miksija bil-ġunġlien u n-nofs l-ieħor miksija bil-coconut.

    5. Dawn il-blalen tista' anke tiffriżhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Mej 17, 2015

    Min fejn tixtri l-almond milk pls.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mej 18, 2015

    Jane almond milk jinxtara m'ghand tal-growcer. Tal-Alpro ghanhom almond milk. Hafna drabi ssibhom fl-ixkaffa fejn ikun hemm soya milk.

    Irrispondi