Referenza għall-“mara ta’ Ġesù” fi Skrittura Koptika

  • Set 19, 2012 16:33
  • Miktub minn
"

    Skont esperta rinomata fl-istorja Kristjana, biċċa Skrittura Koptika antika qiegħda tagħmel referenza espliċita għall-“mara ta’ Ġesù” fil-kitba tagħha.

    Il-Professur Karen King żvelat il-biċċa Skrittura Koptika tar-Raba’ Seklu W.K. f’konferenza f’Ruma. Hija qalet li riċerkaturi identifikaw il-kliem: “Ġesù qalilhom, din hija l-mara tiegħi”. Din tista’ tirreferi għal Marija Madalena.

    It-tradizzjoni Kristjana tgħid li Ġesù qatt ma żżewweġ, iżda King minn dejjem stqarret li dan l-argument għandu jiġi diskuss. Din is-skoperta provokattiva tista’ tqajjem dibattitu sħiħ rigward iċ-ċelibat u l-irwol tan-nisa fid-dinja Kristjana.

    King stqarret li dan id-dokument, miktub f’Eġizzjan Koptiku antik, huwa l-ewwel biċċa skrittura fejn Ġesù jagħmel referenza għall-mara tiegħu. Id-dokument huwa probabbilment kopja ta’ vanġelu antik miktub bil-Grieg fit-Tieni Seklu W.K.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2