Raġel mingħalih li qatel lil martu… kienet ħolma

  • Lul 10, 2012 13:13
  • Miktub minn

    Raġel Taljan minn Sassari mar għand il-Pulizija u qalilhom li kien qed jammetti li qatel lil martu b’tir ta’ arma tan-nar. Dak li ma kienx jaf dan ir-raġel kien li dik kienet biss ħolma kerha li kellu matul il-lejl u martu kien għadha qawwija u sħiħa.

    Din l-aħbar kif irrakkontata mill-ġurnal La Nuova Sardegna ġrat f’Sassari fejn raġel ta’ 68 sena qatta’ lejl imqalleb u kif qam ħaseb li qatel lil martu f’mument ta’ għira. Dan mar jammetti minnufih mal-kunjata u mal-Pulizija. Fortunatament kienet biss ħolma u malajr seta’ jerġa’ jara lil martu ta’ 60 sena.

    Fil-fatt, meta r-raġel qal lill-Pulizija li kien qatel lil martu dawn marru jivverifikaw jekk l-ewwel nett kienx hemm kadavru. Kien hawn li l-Pulizija sabu lill-mara f’saħħitha u ma kellha ebda sinjal ta’ attakki vjolenti.

    Fil-verità l-koppja vera kellhom argument bejniethom u r-raġel kien mar f’bar jisker. Ir-raġel kien anke hedded lil martu u allura din marret tagħmel rapport lill-Pulizija.

    Wara dan kollu li seħħ, ir-raġel talab lil martu biex taħfirlu u bħala prekawzjoni ħa s-senter għand il-Pulizija. Minkejja li kienet biss ħolma kien aħjar li jilqa’ għal li jista’ jinqala’.

    Intant, f’Diċembru tas-sena li għaddiet il-Pulizija Taljana kienet iltaqgħet ma’ każ ieħor bħal dan fi Groseto fejn wara ħolma simili r-raġel kien mar għand il-Carabinieri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook