Kunċert tal-Milied mit-tenuri internazzjonali ‘The Priests’

  • Ott 15, 2014 13:44
  • Miktub minn

    It-tlett tenuri ta’ fama internazzjonali ‘The Priests’ ser jagħtu żewġ kunċerti tal-milied f’Malta, fid-29 u t-30 ta’ Novembru 2014, fl-Istitut Kattoliku.

    Wara s-suċċess tal-kunċert li taw is-sena l-oħra, is-saċerdoti Kattoliċi mill-Irlanda ta’ Fuq - Fr Martin O’Hagan, Fr Eugene O’Hagan u Fr David Delargy - ser jerġgħu jiġu pajjiżna, din id-darba għall-kunċert tal-Milied bis-sehem tas-soprano Maltija Gillian Zammit u l-kor tat-tfal li hija tmexxi. Il-kunċert ser jitmexxa minn Cathal Synnot, direttur mużikali ta’ ‘The Priests’, filwaqt li l-orkestra ser tkun iffurmata minn disa’ mużiċisti Maltin.

    Ir-repertoire għal dan il-kunċert jinkludi għanijiet tradizzjonali tal-Milied u oħrajn magħrufa, inkluż għanijiet Maltin.

    Il-biljetti għall-kunċert ‘The Priests Christmas Concert’ jistgħu jinxtraw mill-booking office tal- Istitut Kattoliku jew mis-sit elettroniku www.istitutkattoliku.com.

    Dan il-kunċert organizzat mill-Knisja f’Malta qed isir b’risq il-Sheperds Fund li jgħin fil-bżonnijiet tal-qassissin, inkluż dawk morda u anzjani.

    Dan il-kunċert huwa possibbli wkoll bis-sehem ta’ Grand Hotel Excelsior, APS Bank, Velprint Ltd, Digital Magic, Outlook Coop, Papillon Caterers u Nexos Lighting Technology.

    Ritratti: Photcity Valletta

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0