Marjelena: l-ewwel dramm ta' Leanne Ellul

  • Ott 14, 2014 15:19
  • Miktub minn

    Marjelena huwa l-ewwel dramm ta’ Leanne Ellul, li qed jittella’ b’direzzjoni ta’ Josette Ciappara. Il-produzzjoni se tkun f’idejn l-atturi tad-dramm, il-Bakkanti Troupe, magħmul minn Alison Abela, Louise Fenech, Gilbert Formosa, Mandy Mifsud, Olivia-Ann Marmarà, David Scicluna Giusti u Aldo Zammit.

    Id-dramm se jittella’ bejn il-21 u t-23 ta’ Novembru u t-28 u t-30 tal-istess xahar, fit-8pm, fi Pjazza Teatru Rjal (il-green room),. Il-biljetti jistgħu jinqatgħu minn www.activemalta.com (il-prezz ta’ €15 jinkludi tazza nbid),. Dan id-dramm qed jittella’ bl-appoġġ tal-Kunsill tal-Arti ta’ Malta.

    L-attività fuq Facebook tinsab hawnhekk: www.facebook.com/events/507761845993228.

    Tagħrif dwar l-awtriċi

    Leanne Ellul (1989-), tikteb poeżiji, proża u drammi. Hi wkoll kittieba ta’ serje ġdida ta’ textbooks flimkien ma’ Clare Azzopardi. Għal dawn l-aħħar tliet snin għallmet il-Malti fi skola sekondarja u bħalissa qed tkompli bir-riċerka tagħha fil-livell ta’ MA. Fl-2013, ġiet l-ewwel post fil-Premju Francis Ebejer bi dramm li se jittella’ s-sena d-dieħla ġewwa t-Teatru Manoel, u dan l-aħħar intgħażlet flimkien ma’ erba’ awturi oħra minn Malta għal proġett Ewropew bi sħab maċ-Ċina. Għandha xogħol tradott għall-Ingliż, il-Franċiż u ċ-Ċiniż. Hija l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Għaqda tal-Malti - Università, u kordinatriċi ta’ KUL, inizjattiva kulturali li qed taħdem fuqha flimkien ma’ Kit Azzopardi.

    Tagħrif dwar id-direttriċi

    Josette Ciappara kienet mal-ewwel grupp ta’ studenti li ggradwaw mill-MTADA fl-1978. Minn hemm marret tistudja fil-Conservatoire Superieur d’Art Dramatique f’Pariġi u fir-Royal Shakespeare Company ġewwa Stratford-Upon-Avon. Fost il-partijiet li ħadmet insemmu l-partijiet prinċipali li kellha fid-drammi Phaedre, Antigone, Hedda Gabler u The Good Person of Szechwan. Idderiġiet għat-televiżjoni u anke għat-teatru, bl-aħħar xogħol tagħha jkun Il-Kennies tal-Ġenna fi Pjazza Teatru Rjal. Kienet parti mid-Drama Unit u ħadmet u dderiġiet diveri programmi tat-TIE, u qdiet l-irwol tal-Prinċipal tad-Drama Centre għal ħames snin.

    Tagħrif dwar l-atturi

    Il-Bakkanti Troupe ilu mwaqqaf mis-sajf tal-2011 u hu magħmul minn seba’ membri: Alison Abela, Gilbert Formosa, Louise Fenech, Mandy Mifsud, Olivia Ann Pace Marmarà, David Scicluna Giusti, u Aldo Zammit. L-idea tal-grupp nibtet fl-2008 f'Palazzuolo, fi Sqallija, fejn xi wħud mill-membri kienu qegħdin itellgħu t-traġedja Griega The Bacchae, minn fejn ħadu isimhom. Bħala grupp baqgħu jgħożżu l-ideat ta’ xulxin u fuq kollox il-ħbiberija. Il-Bakkanti jaħdmu fuq produzjonijiet li huma bil-Malti, ħafna drabi fuq drammi oriġinali u fi spazji differenti li normalment mhumiex meqjusa bħala teatri. L-għan tagħhom huwa li jtellgħu drammi ta’ kwalità li huma aċċessibli għal kulħadd, mhux biss dawk li huma midħla sew tat-teatru. F’dawn l-aħħar snin il-Bakkanti ħadu sehem f’diversi produzzjonijiet fosthom Plautus Strait u Meta Toħlom Strada Stretta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook